+Artikolu 7 Separazzjoni ta' skema ta' kards ta' pagament u ta' entitajiet ta' pproċessar
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6

Artikolu 7 Separazzjoni ta' skema ta' kards ta' pagament u ta' entitajiet ta' pproċessar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar:

(a)

għandhom ikunu indipendenti f'termini ta' kontabbiltà, organizzazzjoni u proċessi deċiżjonali;

(b)

ma għandhomx joffru prezzijiet għal skemi ta' kard ta' pagament u attivitajiet tal-ipproċessar b'mod konġunt u ma għandhomx jinkroċjaw is-sussidji ta' tali attivitajiet;

(c)

ma għandhom jiddiskriminaw b'ebda mod bejn is-sussidjarji jew l-azzjonisti tagħhom fuq naħa u l-utenti tal-iskemi ta' kards ta' pagament u sħab kuntrattwali oħrajn fuq in-naħa l-oħra, u b'mod partikolari ma għandhom jagħtu l-ebda servizz li huma joffru b'kwalunkwe mod soġġett għall-aċċettazzjoni mis-sieħeb kuntrattwali tagħhom ta' kwalunkwe servizz ieħor li huma joffru.

Artikolu 7 2

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-iskema tista' tirrikjedi li skema ta' kards ta' pagament tipprovdi rapport indipendenti li jikkonferma l-konformità tagħha mal-paragrafu 1.

Artikolu 7 3

3.   L-iskemi ta' kards ta' pagament għandhom jippermettu l-possibbiltà li l-awtorizzazzjoni u l-messaġġi ta' kklerjar ta' transazzjonijiet uniċi ta' pagament permezz ta' kard ikunu separati u pproċessati minn entitajiet ta' pproċessar differenti.

Artikolu 7 4

4.   Hija pprojbita kwalunkwe diskriminazzjoni territorjali fir-regoli ta' pproċessar operati minn skemi ta' kards ta' pagament.

Artikolu 7 5

5.   L-entitajiet ta' pproċessar fl-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sistema tagħhom hija teknikament interoperabbli ma' sistemi oħrajn ta' entitajiet ta' pproċessar fl-Unjoni permezz tal-użu ta' standards żviluppati minn korpi ta' standardizzazzjoni internazzjonali jew Ewropej. Barra minn hekk, l-iskemi ta' kard ta' pagament ma għandhomx jadottaw jew japplikaw regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabbiltà fost entitajiet ta' pproċessar fl-Unjoni.

Artikolu 7 6

6.   L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tista', wara li tikkonsulta ma' bord konsultattiv kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu r-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar biex tiżgura l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tressaq dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Diċembru 2015.

Il-Kummissjoni b'dan tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0751
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.