6. L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tista', wara li tikkonsulta ma' bord konsultattiv kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu r-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn skemi ta' kards ta' pagament u l-entitajiet ta' pproċessar biex tiżgura l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
L-EBA għandha tressaq dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Diċembru 2015.
Il-Kummissjoni b'dan tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.