2. Meta jidħol fi ftehim kuntrattwali ma' fornitur ta' servizzi ta' pagament, il-konsumatur jista' jitlob li jkollu żewġ marki differenti ta' pagament jew aktar fuq strument ta' pagament permezz ta' kards sakemm tali servizz ikun offut mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament. Biżżejjed żmien qabel jiġi ffirmat il-kuntratt, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament għandu jipprovdi lill-konsumatur informazzjoni ċara u oġġettiva dwar il-marki ta' pagament kollha disponibbli u l-karatteristiċi tagħhom, inkluż il-funzjonalitajiet, l-ispiża u s-sigurtà tagħhom.