+Artikolu 10 Regoli li għandek “Tonora l-Kards Kollha”
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
|
Artikolu 10 Regoli li għandek “Tonora l-Kards Kollha”
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. L-iskemi ta' kards ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament ma għandhom japplikaw l-ebda regola li tobbliga lill-benefiċjarji jaċċettaw strumenti ta' pagament permezz ta' kard maħruġa minn emittent wieħed sabiex ukoll jaċċettaw strumenti oħra ta' pagament permezz ta' kard maħruġa fil-qafas tal-istess skema ta' kards ta' pagament.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal strumenti ta' pagament permezz ta' kard tal-konsumatur tal-istess marka u tal-istess kategorija ta' kard imħallsa minn qabel, kard ta' debitu jew ta' kard ta' kreditu suġġetti għal tariffa tal-interkambju taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li skemi ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament jipprovdu li kards ma jistgħux jiġu rrifjutati abbażi tal-identità tal-emittent jew tad-detentur tal-kard.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Il-benefiċjarji li jiddeċiedu li ma jaċċettawx il-kards kollha jew strumenti oħra ta' pagament ta' skema ta' kards ta' pagament għandhom jinformaw b'dan lill-konsumaturi, b'mod ċar u inekwivoku, fl-istess ħin li jinformaw lil konsumaturi bl-aċċettazzjoni ta' kards u strumenti ta' pagament oħra tal-iskema ta' kards ta' pagament. Tali informazzjoni għandha tintwera b'mod prominenti fid-daħla tal-ħanut u ħdejn il-kexxun tal-flus.
Fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod, din l-informazzjoni għandha tintwera fuq is-sit tal-Internet tal-benefiċjarju jew fuq xi mezz ieħor elettroniku jew mobbli applikabbli. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-pagatur fi żmien adatt qabel ma jidħol fi ftehim ta' xiri mal-benefiċjarju.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. L-emittenti għandhom jiżguraw li l-istrumenti tagħhom ta' pagament huma elettronikament identifikabbli, u, fil-każ tal-istrumenti tagħhom ta' pagament permezz ta' kard li jkunu għadhom kif inħarġu, ukoll identifikabbli b'mod viżibbli, li jippermetti lill-benefiċjarji u lill-pagaturi jidentifikaw b'mod inekwivoku liema marki u kategoriji ta' kards imħallsa minn qabel, kards ta' debitu, kards ta' kreditu jew kards kummerċjali jintgħażlu mill-pagatur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0751
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|