1. Wara l-eżekuzzjoni ta' transazzjoni individwali ta' pagament permezz ta' kard, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju bl-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
ir-referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard;
|
|
(b)
|
l-ammont tat-transazzjoni ta' pagament fil-munita li fiha huwa kkreditat il-kont ta' pagament tal-benefiċjarju;
|
|
(c)
|
l-ammont ta' kwalunkwe imposta fuq it-transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard, li jindika b'mod separat it-tariffa għas-servizzi tan-negozjant u l-ammont tat-tariffa tal-interkambju.
|
Bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-benefiċjarju, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tiġi aggregata bil-marka, l-applikazzjoni, il-kategoriji tal-istrument ta' pagament u r-rati ta' tariffi tal-interkambju applikabbli għat-transazzjoni.