+Artikolu 17 Klawżola ta' reviżjoni
---+Artikolu 17 (a)
---+Artikolu 17 (b)
---+Artikolu 17 (c)
---+Artikolu 17 (d)
---+Artikolu 17 (e)
---+Artikolu 17 (f)
---+Artikolu 17 (g)
---+Artikolu 17 (h)
---+Artikolu 17 (i)
---+Artikolu 17 (j)
---+Artikolu 17 (k)
---+Artikolu 17 2
|
Artikolu 17 Klawżola ta' reviżjoni
Sad-9 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu janalizza b'mod partikulari l-adattezza tal-livelli tat-tariffi tal-interkambju u l-mekkaniżmi ta' gwida, bħall-imposti, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-użu u l-ispiża tad-diversi mezzi ta' pagamenti u l-livell ta' dħul ta' atturi ġodda, ta' teknoloġija ġdida u ta' mudelli ta' negozju innovattivi fis-suq. Il-valutazzjoni għandha tqis b'mod partikolari:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 (a)
|
l-iżvilupp ta' tariffi għall-pagaturi;
|
|
Artikolu 17 (b)
|
il-livell ta' kompetizzjoni fost il-fornituri ta' kards ta' pagament u l-iskemi ta' kards ta' pagament;
|
|
Artikolu 17 (c)
|
l-effetti fuq l-ispejjeż għall-pagatur u l-benefiċjarju;
|
|
Artikolu 17 (d)
|
il-livelli ta' trasferiment min-negozjanti tat-tnaqqis fil-livelli tat-tariffi tal-interkambju;
|
|
Artikolu 17 (e)
|
ir-rekwiżiti tekniċi u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-partijiet kollha involuti;
|
|
Artikolu 17 (f)
|
l-effetti tal-co-badging fuq il-faċilità ta' użu għall-utent, prinċipalment għall-anzjani u l-utenti l-iktar vulnerabbli;
|
|
Artikolu 17 (g)
|
l-effett fuq is-suq tal-esklużjoni ta' kards kummerċjali mill-Kapitolu II, billi titqabbel is-sitwazzjoni f'dawk l-Istati Membri fejn huma pprojbiti s-soprataxxi mas-sitwazzjoni f'dawk fejn huma permessi;
|
|
Artikolu 17 (h)
|
l-effett fuq is-suq tad-dispożizzjonijiet speċjali għal tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet domestiċi bil-kard ta' debitu;
|
|
Artikolu 17 (i)
|
l-iżvilupp ta' akkwisti transkonfinali u l-effett tagħhom fuq is-suq uniku, billi titqabbel is-sitwazzjoni għal kards b'tariffi limitati u kards b'tariffi mhux limitati, biex tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiġi ċċarat liema tariffa tal-interkambju tapplika għall-akkwisti transkonfinali;
|
|
Artikolu 17 (j)
|
l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli dwar is-separazzjoni tal-iskema ta' kards ta' pagament u l-ipproċessar, u l-ħtieġa li terġa' tiġi kkunsidrata diżassoċjazzjoni legali.
|
|
Artikolu 17 (k)
|
il-ħtieġa possibbli, skont l-effett tal-Artikolu 3(1) fuq il-valur attwali ta' tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet b'kard ta' debitu ta' valur medju u għoli, li jiġi rivedut dak il-paragrafu billi jiġi previst li l-limitu għandu jiġi limitat għall-ammont aktar baxx ta' EUR 0,07 jew 0,2 % tal-valur tat-transazzjoni.
|
|
Artikolu 17 2
|
Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva li tista' tinkludi emenda proposta tal-limitu massimu għal tariffi tal-interkambju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0751
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|