|
+Artikolu 10 2 |
Artikolu 10 22. Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju għandu iwettaq is-servizz tal-bdil malli jirċievi l-awtorizzazzjoni mill-konsumatur. F’każ ta’ tnejn jew aktar detenturi tal-kont, l-awtorizzazzjoni għandha jinkiseb minn kull wieħed minnhom. L-awtorizzazzjoni għandha titfassal b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz tal-bdil qed jinbeda jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet. L-awtorizzazzjoni għandha tippermetti lill-konsumatur li jipprovdi kunsens speċifiku għat-twettiq mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li qed titrasferixxi ta’ kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 u biex jipprovdi kunsens speċifiku għat-twettiq mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju ta’ kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 5. L-awtorizzazzjoni għandha tippermetti lill-konsumatur biex b’mod speċifiku jidentifika t-trasferimenti ta’ kreditu li deħlin, l-istanding orders għal trasferimenti ta’ kreditu u l-mandati ta’ debitu dirett li għandhom jinbidlu. L-awtorizzazzjoni għandha wkoll tippermetti lill-konsumaturi biex jispeċifikaw id-data li minnha l-istanding orders għal trasferimenti ta’ kreditu u d-debiti diretti għandhom jiġu eżegwiti fil-kont tal-ħlas miftuħ jew miżmum mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju. Dik id-data għandha tkun mill-inqas sitt ijiem ta’ negozju wara d-data li fiha l-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinarju jirċievi d-dokumenti ttrasferiti mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas li jittrasferixxi skont il-paragrafu 4. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-awtorizzazzjoni mill-konsumatur tkun bil-miktub u li kopja tal-awtorizzazzjoni tiġi pprovduta lill-konsumatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|