+Artikolu 17 Karatteristiċi ta’ kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6
---+Artikolu 17 7
---+Artikolu 17 8

Artikolu 17 Karatteristiċi ta’ kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi jkun jinkludi s-servizzi li ġejjin:

(a)

servizzi li jippermettu li jsiru l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ftuħ, l-operat u l-għeluq ta’ kont tal-ħlas;

(b)

servizzi li jippermettu li jitqiegħdu fondi f’kont tal-ħlas;

(c)

servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti fl-Unjoni minn kont tal-ħlas, mill-bank u minn automated teller machines matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-istituzzjoni ta’ kreditu u mhux fihom;

(d)

eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-ħlas li ġejjin fl-Unjoni:

(i)

debiti diretti;

(ii)

tranżazzjonijiet tal-ħlas permezz ta’ kard tal-ħlas, inkluż ħlas online;

(iii)

trasferimenti ta’ kreditu, inklużi standing orders, fejn ikun disponibbli, fit-terminals u fil-banek u permezz tal-faċilitajiet online tal-istituzzjoni tal-kreditu.

Is-servizzi elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu offruti mill-istituzzjonijiet tal-kreditu safejn huma qed jiġu diġà offruti lil konsumaturi li għandhom kontijiet tal-ħlas oħra li mhumiex kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.

Artikolu 17 2

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu obbligu li jeħtieġ lill-istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fit-territorju tagħhom li jipprovdu servizzi addizzjonali, li huma meqjusa essenzjali għall-konsumaturi fuq il-bażi ta’ prattika komuni fil-livell nazzjonali, ma’ kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.

Artikolu 17 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi jiġu offruti minn istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fit-territorju tagħhom mill-inqas fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 17 4

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi jippermetti lil konsumaturi li jwettqu għadd illimitat ta’ operazzjonijiet fir-rigward tas-servizzimsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 17 5

5.   Fir-rigward tas-servizzi msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d)(ii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-esklużjoni ta’ tranżazzjonijiet tal-ħlas permezz ta’ kard tal-kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet tal-kreditu ma jimponu ebda tariffa minbarra t-tariffi raġonevoli, jekk ikun hemm, msemmija fl-Artikolu 18, irrispettivament mill-għadd ta’operazzjonijiet imwettqa fil-kont tal-ħlas.

Artikolu 17 6

6.   Fir-rigward tas-servizzi msemmija fil-punt (d)(i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-punt d(ii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biss fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-ħlas permezz ta’ kard tal-kreditu, u l-punt (d)(iii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminawgħadd minimu ta’ operazzjonijietli għalihom istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu jimponu t-tariffi raġonevoli, jekk ikun hemm, imsemmija fl-Artikolu 18. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għadd minimu ta’ operazzjonijiet ikun suffiċjenti biex ikopri l-użu personali mill-konsumatur, filwaqt li jieħdu kont tal-imġiba eżistenti tal-konsumaturi u l-prattiki komuni kummerċjali. It-tariffi imposti għal azzjonijiet ‘il fuq mill-għadd minimu ta’ azzjonijiet ma għandu qatt ikun ogħla minn dawk imposti taħt il-politika dwar l-ipprezzar tas-soltu tal-istituzzjoni tal-kreditu.

Artikolu 17 7

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun kapaċi jamministra u jibda tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fil-bini tal-istituzzjoni tal-kreditu u/jew permezz tal-faċilitajiet online, fejn disponibbli.

Artikolu 17 8

8.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2008/48/KE l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jipprovdu, fuq talba tal-konsumatur, faċilità ta’ overdraft f’rabta ma’ kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi. L-Istat Membru jista’ jiddefinixxi ammont u żmien massimu ta’ kwalunkwe tali overdraft. L-aċċess għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażi jew l-użu tiegħu ma għandux ikunx ristrett għax-xiri ta’ tali servizzi jew prodotti tal-kreditu, u ma jkunx kondizzjonali għalihom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.