6. Fir-rigward tas-servizzi msemmija fil-punt (d)(i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-punt d(ii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biss fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-ħlas permezz ta’ kard tal-kreditu, u l-punt (d)(iii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminawgħadd minimu ta’ operazzjonijietli għalihom istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu jimponu t-tariffi raġonevoli, jekk ikun hemm, imsemmija fl-Artikolu 18. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għadd minimu ta’ operazzjonijiet ikun suffiċjenti biex ikopri l-użu personali mill-konsumatur, filwaqt li jieħdu kont tal-imġiba eżistenti tal-konsumaturi u l-prattiki komuni kummerċjali. It-tariffi imposti għal azzjonijiet ‘il fuq mill-għadd minimu ta’ azzjonijiet ma għandu qatt ikun ogħla minn dawk imposti taħt il-politika dwar l-ipprezzar tas-soltu tal-istituzzjoni tal-kreditu.