+Artikolu 19 Kuntratti ta’ qafas u terminazzjoni
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
|
Artikolu 19 Kuntratti ta’ qafas u terminazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1
|
1. Kuntratti ta’ qafas li jipprovdu aċċess għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi għandhom ikunu soġġetti għad-Direttiva 2007/64/KE sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 19 2
|
2. L-istituzzjoni tal-kreditu tista’ itemm kuntratt qafas b’ mod unilateralibiss fejn tkun issodisfatta mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-konsumatur ikun uża l-kont tal-ħlas apposta għal skopijiet illegali;
|
|
(b)
|
ma kien hemm ebda tranżazzjoni fuq il-kont tal-ħlas għal aktar minn 24 xahar konsekuttiv;
|
|
(c)
|
il-konsumatur ikun ipprovda informazzjoni mhux korretta sabiex jikseb il-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fejn l-informazzjoni korretta kienet tirriżulta fl-assenza ta’ tali dritt;
|
|
(d)
|
il-konsumatur ma jkunx għadu legalment residenti fl-Unjoni;
|
|
(e)
|
il-konsumatur ikun sussegwentement fetaħ it-tieni kont tal-ħlas, li jippermettilu jagħmel użu tas-servizzi elenkati fl-Artikolu 17(1), fl-Istat Membru fejn huwa diġà jkollu kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.
|
|
|
Artikolu 19 3
|
3. L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw każijiet addizzjonali limitati u speċifiċi fejn kuntratt qafas għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi jista’ jintemm b’mod unilaterali mill-istituzzjonijiet tal-kreditu. Tali każijiet għandhom ikunu bbażati fuq dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli fit-territorju tagħhom u għandu jkollhom l-għan li jiġu evitati abbużi minn konsumaturi tad-dritt tagħhom ta’ aċċess għall-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.
|
|
Artikolu 19 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn istituzzjoni tal-kreditu ttemm il-kuntratt għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi għal wieħed jew iżjed mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (b),(d) u (e) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3, din tinforma lill-konsumatur bir-raġunijiet u l-ġustifikazzjoni għat-tmiem mill-anqas xahrejn qabel it-tmiem tidħol fis-seħħ, bil-miktub u mingħajr ħlas dment li tali żvelar ma jmurx kontra objettivi tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku. Fejn l-istituzzjoni tal-kreditu ttemm il-kuntratt f’konformità mal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 2, it-tmiem tiegħu għandu jieħu effett immedjatament.
|
|
Artikolu 19 5
|
5. In-notifika ta’ tmiem għandha tavża lill-konsumaturi bil-proċedura biex jiġi ppreżentat ilment kontra t-tmiem, jekk ikun hemm, u bid-dritt tal-konsumatur li jikkuntattja l-awtorità kompetenti u bil-korp alternattiv maħtur għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|