4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn istituzzjoni tal-kreditu ttemm il-kuntratt għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi għal wieħed jew iżjed mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (b),(d) u (e) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3, din tinforma lill-konsumatur bir-raġunijiet u l-ġustifikazzjoni għat-tmiem mill-anqas xahrejn qabel it-tmiem tidħol fis-seħħ, bil-miktub u mingħajr ħlas dment li tali żvelar ma jmurx kontra objettivi tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku. Fejn l-istituzzjoni tal-kreditu ttemm il-kuntratt f’konformità mal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 2, it-tmiem tiegħu għandu jieħu effett immedjatament.