+Artikolu 14 Informazzjoni prekuntrattwali
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
---+Artikolu 14 11.

Artikolu 14 Informazzjoni prekuntrattwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin, iforni lill-konsumatur l-informazzjoni personalizzata meħtieġa sabiex ikun jista’ jqabbel il-krediti disponibbli fuq is-suq, jivvaluta l-implikazzjonijet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jikkonkludix kuntratt ta’ kreditu:

(a) 

mingħajr dewmien żejjed wara li l-konsumatur ikun ta l-informazzjoni neċessarja dwar il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-preferenzi tiegħu, skont l-Artikolu 20; u

(b) 

kmieni biżżejjed qabel ma l-konsumatur ikun vinkolat b’xi kuntratt jew offerta ta’ kreditu.

Artikolu 14 2.
L-informazzjoni personalizzata msemmija fil-paragrafu 1, bil-miktub jew b’mezz durabbli ieħor, għandha tingħata permezz tal-FEIS kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 14 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta offerta li torbot lill-kreditur tingħata lill-konsumatur, din għandha tiġi pprovduta bil-miktub jew b’mezz dejjiemi ieħor u tkun akkumpanjata minn FEIS fejn:

(a) 

l-ebda FEIS ma jkun ingħata lill-konsumatur qabel, jew

(b) 

il-karatteristiċi tal-offerta huma differenti mill-informazzjoni li tinsab fil-FEIS mogħti qabel.

Artikolu 14 4.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw l-għoti obbligatorju tal-FEIS qabel l-għoti ta’ offerta li torbot lill-kreditur. Fejn Stat Membru jistipula dan għandu jitlob li l-FEIS ikun jeħtieġ li jerġa’ jingħata biss fejn jiġi sodisfatt il-punt (b) ta’ paragrafu 3.
Artikolu 14 5.
L-Istati Membri li qabel l-20 ta’ Marzu 2014 ikunu implimentaw fuljett ta’ informazzjoni li jissodisfa rekwiżiti ta’ informazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Anness II jistgħu jkomplu jużawh għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu sal-21 ta’ Marzu 2019.
Artikolu 14 6.
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw perijodu ta’ żmien ta’ mill-inqas sebat ijiem li matulhom il-konsumatur ikollu biżżejjed żmien biex iqabbel l-offerti, jevalwa l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun perijodu ta’ riflessjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu jew perijodu għall-eżerċizzju ta’ dritt ta’ rexissjoni wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu jew kombinazzjoni tat-tnejn.

Fejn Stat Membru jispeċifika perijodu ta’ riflessjoni qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu:

(a) 

l-offerta għandha tkun torbot lill-kreditur għat-tul tal-perijodu ta’ riflessjoni; u

(b) 

il-konsumatur jista’ jaċċetta l-offertà fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu ta’ riflessjoni.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-konsumaturi ma jistgħux jaċċettaw l-offerta għal perijodu li ma jaqbiżx l-ewwel għaxart ijiem tal-perijodu ta’ riflessjoni.

Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self jew spejjeż oħra applikabbli għall-offerta jiġu determinati fuq il-bażi tal-bejgħ ta’ bonds sottostantijew strumenti oħrajn ta’ finanzjament fit-tul, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li r-rata tal-imgħax tas-self jew spejjeż oħra jistgħu jvarjaw minn dak iddikjarat fl-offerta skont il-valur tal-bond sottostanti jew strumenti oħrajn ta’ finanzjament fit-tul.

Fejn il-konsumatur għandu dritt ta’ rexissjoni skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/65/KE m’għandux japplika.

Artikolu 14 7.
Il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur li jkun ta l-FEIS lill-konsumatur għandu jiġi kkunsidrat li ssodisfa r-rekwiżiti rigward l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt b’distanza kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/65/KE u għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva biss fejn ikunu mill-inqas fornew il-FEIS qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.
Artikolu 14 8.
L-Istati Membri m’għandhomx jimmodifikaw il-mudell tal-FEIS minbarra kif stipulat fl-Anness II. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur, jista’ jagħti lill-konsumatur jew li huwa obbligat li jagħti lill-konsumatur skont il-liġi nazzjonali għandha tingħata f’dokument separat li jista’ jiġi anness mal-FEIS.
Artikolu 14 9.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 40 biex temenda l-formulazzjoni standard fil-Parti A tal-Anness II jew l-istruzzjonijiet fil-Parti B tiegħu biex tindirizza l-ħtieġa għal informazzjoni jew twissijiet dwar prodotti ġodda li ma ġewx ikkummerċjalizzati qabel l-20 ta’ Marzu 2014. Atti delegati bħal dawn madankollu m’għandhomx ibiddlu l-istruttura jew il-format tal-FEIS.
Artikolu 14 10.
Fil-każ ta’ komunikazzjonijiet telefoniċi bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li ser jingħata skont it-tieni inċiż ta’ punt (b) tal-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Direttiva għandha tinkludi mill-inqas l-oġġetti msemmijin fit-taqsimiet 3 sa 6 tal-Parti A tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 14 11.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas fejn ma jeżistix dritt tar-rexissjoni l-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur għandu jipprovdi lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta’ kreditu, fil-ħin li tingħata l-offerta li torbot lill-kreditur. Fejn jeżisti dritt ta’ rexissjoni l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur joffri li jipprovdi lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta’ kreditu fil-ħin li tingħata offerta li torbot lill-kreditur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.