|
+Artikolu 14 6. |
Artikolu 14 6.L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw perijodu ta’ żmien ta’ mill-inqas sebat ijiem li matulhom il-konsumatur ikollu biżżejjed żmien biex iqabbel l-offerti, jevalwa l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun perijodu ta’ riflessjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu jew perijodu għall-eżerċizzju ta’ dritt ta’ rexissjoni wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu jew kombinazzjoni tat-tnejn. Fejn Stat Membru jispeċifika perijodu ta’ riflessjoni qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu:
(a)
l-offerta għandha tkun torbot lill-kreditur għat-tul tal-perijodu ta’ riflessjoni; u
(b)
il-konsumatur jista’ jaċċetta l-offertà fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu ta’ riflessjoni. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-konsumaturi ma jistgħux jaċċettaw l-offerta għal perijodu li ma jaqbiżx l-ewwel għaxart ijiem tal-perijodu ta’ riflessjoni. Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self jew spejjeż oħra applikabbli għall-offerta jiġu determinati fuq il-bażi tal-bejgħ ta’ bonds sottostantijew strumenti oħrajn ta’ finanzjament fit-tul, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li r-rata tal-imgħax tas-self jew spejjeż oħra jistgħu jvarjaw minn dak iddikjarat fl-offerta skont il-valur tal-bond sottostanti jew strumenti oħrajn ta’ finanzjament fit-tul. Fejn il-konsumatur għandu dritt ta’ rexissjoni skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/65/KE m’għandux japplika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|