+Artikolu 22 Standards għal servizzi ta’ konsulenza
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
|
Artikolu 22 Standards għal servizzi ta’ konsulenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur jinforma lill-konsumatur, fil-kuntest ta’ transazzjoni partikolari, jekk humiex qed jingħataw jew jistgħux jingħataw servizzi ta’ konsulenza lill-konsumatur.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel ma jingħataw servizzi ta’ konsulenza jew, fejn applikabbli, il-konklużjoni ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza, il-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja bil-miktub jew b’mezz dejjiemi ieħor:
(a)
jekk ir-rakkomandazzjoni hijiex ser tkun ibbażata fuq konsiderazzjoni tal-firxa ta’ prodotti tagħhom biss skont punt (b) ta’ paragrafu 3 jew firxa wiesgħa ta’ prodotti mis-suq kollu skont punt (c) ta’ paragrafu 3 sabiex il-konsumatur ikun jista’ jifhem il-bażi li fuqha ssir ir-rakkomandazzjoni;
(b)
fejn applikabbli, it-tariffa pagabbli mill-konsumatur għas-servizzi ta’ konsulenza jew, fejn l-ammont ma jistax jiġi aċċertat fil-mument tad-divulgazzjoni, il-metodu użat għall-kalkolu tiegħu.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tista’ tingħata lill-konsumatur f’għamla ta’ informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Meta jingħataw servizzi ta’ konsulenza lill-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7 u 9, li:
(a)
il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jiksbu l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni personali u finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-objettivi tiegħu sabiex tkun tista’ ssir rakkomandazzjoni dwar kuntratti ta’ kreditu adatti. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni li tkun aġġornata f’dak il-mument u għandha tqis suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni tal-konsumatur matul it-terminu tal-kuntratt ta’ kreditu propost;
(b)
il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu vinkolati jew ir-rappreżentanti maħturin ta’ intermedjarji tal-kreditu vinkolati jikkunsidraw numru biżżejjed kbir ta’ kuntratti ta’ kreditu fis-sett ta’ prodotti tagħhom u jirrakkomandaw kuntratt ta’ kreditu adatt jew diversi kuntratti ta’ kreditu minn fost il-firxa ta’ prodotti tagħhom adatti għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur,
(c)
l-intermedjarji tal-kreditu mhux vinkolati jew ir-rappreżentanti maħturin ta’ intermedjarji tal-kreditu mhux vinkolati jikkunsidraw numru biżżejjed kbir ta’ kuntratti ta’ kreditu disponibbli fis-suq u jirrakkomandaw kuntratt ta’ kreditu adatt jew diversi kuntratti ta’ kreditu disponibbli fis-suq adatti għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur;
(d)
il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jaġixxu fl-aħjar interessi tal-konsumatur billi:
(i)
jinfurmaw ruħhom dwar il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tal-konsumatur; u
(ii)
jirrakkomandaw kuntratti ta’ kreditu adatti skont punti (a), (b) u (c); u
(e)
il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jagħtu lill-konsumatur dokumentazzjoni fuq karta jew b’mezz ieħor dejjiemi tar-rakkomandazzjoni pprovduta.
|
|
Artikolu 22 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu tat-terminu “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili meta s-servizzi ta’ konsulenza jingħataw lill-konsumaturi minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu vinkolati jew rappreżentanti maħturin tal-intermedjarji tal-kreditu vinkolat. Fejn l-Istati Membri ma jipprojbixxux l-użu tat-terminu ‘konsulenza’ u ‘konsulent’, huma għandhom jimponu l-kundizzjonijiet li ġejjin dwar l-użu tat-terminu “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin li jagħtu servizzi ta’ konsulenza:
(a)
kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin għandhom iqisu għadd kbir biżżejjed ta’ kuntratti ta’ kreditu disponibbli fis-suq; u
(b)
kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin m’għandhomx jiġu rinumerati għal dawk is-servizzi ta’ konsulenza minn kreditur wieħed jew aktar.
Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandu japplika biss meta l-għadd ta’ kredituri meqjusa jkun inqas minn maġġoranza tas-suq, L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar strinġenti b’rabta mal-użu tat-termini “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin, inkluża projbizzjoni li tiġi rċevuta rimunerazzjoni minn kreditur.
|
|
Artikolu 22 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu obbligu għall-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħturin li javżaw lill-konsumatur meta, fil-konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, kuntratt ta’ kreditu jista’ jirriżulta f’riskju partikolari għall-konsumatur.
|
|
Artikolu 22 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta’ konsulenza jingħataw biss minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-ewwel subparagrafu għal persuni li:
(a)
jiżvolġu l-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni ta’ kreditu stipulati f’punti 5 tal-Artikolu 4 jew li jipprovdu servizzi ta’ konsulenza fejn dawk l-attivitajiet jitwettqu jew servizzi jingħataw b’mod inċidentali waqt attività professjonali u dik l-attività tkun irregolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew kodiċi tal-etika li jirregola l-professjoni li ma jeskludux it-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet jew il-forniment ta’ dawk is-servizzi;
(b)
jipprovdu servizzi ta’ konsulenza fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ dejn eżistenti li huma prattikanti tal-insolvenza fejn dik l-attività hija regolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew servizzi pubbliċi jew volontarji ta’ konsulenza dwar dejn li ma joperawx fuq bażi kummerċjali; jew
(c)
jipprovdu servizzi ta’ konsulenza li mhumiex kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentattivi maħturin fejn persuni bħal dawn huma ammessi u sorveljati minn awtoritajiet kompetenti f’konformità mar-rekwiżiti għal intermedjarji tal-kreditu skont din id-Direttiva.
Persuni li jgawdu mill-eżenzjoni fit-tieni subparagrafu m’għandhomx igawdu mid-dritt imsemmi fl-Artikolu 32(1) li jipprovdu servizzi għat-territorju sħiħ tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 22 7.
|
Dan l-Artikolu m’għandux jippreġudika l-Artikolu 16 u l-kompetenza tal-Istati Membri li jiżguraw li jingħataw servizzi lill-konsumaturi biex jgħinuhom jifhmu l-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom u liema tipi ta’ prodotti x’aktarx jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|