|
+Artikolu 22 4. |
Artikolu 22 4.L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu tat-terminu “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili meta s-servizzi ta’ konsulenza jingħataw lill-konsumaturi minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu vinkolati jew rappreżentanti maħturin tal-intermedjarji tal-kreditu vinkolat. Fejn l-Istati Membri ma jipprojbixxux l-użu tat-terminu ‘konsulenza’ u ‘konsulent’, huma għandhom jimponu l-kundizzjonijiet li ġejjin dwar l-użu tat-terminu “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin li jagħtu servizzi ta’ konsulenza:
(a)
kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin għandhom iqisu għadd kbir biżżejjed ta’ kuntratti ta’ kreditu disponibbli fis-suq; u
(b)
kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin m’għandhomx jiġu rinumerati għal dawk is-servizzi ta’ konsulenza minn kreditur wieħed jew aktar. Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandu japplika biss meta l-għadd ta’ kredituri meqjusa jkun inqas minn maġġoranza tas-suq, L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar strinġenti b’rabta mal-użu tat-termini “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” minn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin, inkluża projbizzjoni li tiġi rċevuta rimunerazzjoni minn kreditur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|