+Artikolu 28 Arretrati u bejgħ furzat
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 1a.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.

Artikolu 28 Arretrati u bejgħ furzat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kredituri jkollhom politiki u proċeduri adegwati sabiex jagħmlu sforzi biex, meta jkun xieraq, jeżerċitaw tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta’ preklużjoni. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u jistgħu jikkonsistu, fost possibiltajiet oħra, f’dan li ġej:

(a) 

rifinanzjament totali jew parzjali ta’ kuntratt ta’ kreditu;

(b) 

modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ kuntratt ta’ kreditu, li jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħrajn:

(i) 

estensjoni tat-terminu tal-kuntratt ta’ kreditu;

(ii) 

tibdil tat-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu;

(iii) 

differiment tal-pagament tar-ripagament kollu jew ta’ parti minnu għal perjodu;

(iv) 

tibdil tar-rata tal-imgħax;

(v) 

offerta ta’ moratorju fuq il-pagamenti;

(vi) 

ripagamenti parzjali;

(vii) 

kambji tal-munita;

(viii) 

kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn.

Artikolu 28 1a.
Il-lista ta’ miżuri ta’ tolleranza potenzjali stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fil-liġi nazzjonali u ma tirrikjedix li l-Istati Membri jipprevedu dawk il-miżuri kollha fil-liġi nazzjonali tagħhom.
Artikolu 28 2.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li, fejn il-kreditur jiġi permess jiddefinixxi u jimponi tariffi fuq il-konsumatur minħabba l-inadempjenza, dawk it-tariffi ma jkunux akbar milli meħtieġ biex jikkumpensaw lill-kreditur għall-ispejjeż li jkun ġarrab minħabba l-adempjenza.
Artikolu 28 3.
L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-kredituri jimponu tariffi addizzjonali fuq il-konsumatur fil-każ ta’ inadempjenza. F’dak il-każ l-Istati Membri għandhom jagħmlu limitu fuq dawk it-tariffi.
Artikolu 28 4.
L-Istati Membri m’għandhomx iwaqqfu lill-partijiet għal kuntratt ta’ kreditu milli jaqblu b’mod espress li l-għoti lura jew it-trasferiment lill-kreditur tal-garanzija jew id-dħul mill-bejgħ tal-garanzija ikun biżżejjed biex jitħallas lura l-kreditu.
Artikolu 28 5.
Fejn il-prezz miksub għall-proprjetà immobbli jolqot l-ammont dovut mill-konsumatur l-Istati Membri għandu jkollhom proċeduri u miżuri biex jippermettu li jinkiseb l-aħjar prezz possibbli għall-proprjetà immobbli soġġetta għall-bejgħ furzat.

Fejn wara l-proċedimenti ta’ bejgħ furzat jifdal dejn pendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti miżuri biex jiffaċilitaw il-ħlas lura sabiex jiġu protetti l-konsumaturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.