+KAPITOLU 14 DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 38 Sanzjonijiet
------+Artikolu 38 1.
------+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 39 Mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim
------+Artikolu 39 1.
------+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 40 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 40 1.
------+Artikolu 40 2.
------+Artikolu 40 3.
------+Artikolu 40 4.
------+Artikolu 40 5.
---+Artikolu 41 Natura imperattiva ta’ din id-Direttiva
---+Artikolu 42 Traspożizzjoni
------+Artikolu 42 1.
------+Artikolu 42 2.
------+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 43 Dispożizzjonijiet transitorji
------+Artikolu 43 1.
------+Artikolu 43 2.
------+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 44 Klawsola ta’ reviżjoni
---+Artikolu 45 Iktar inizjattivi dwar għoti u teħid b’self responsabbli
---+Artikolu 46 Emenda tad-Direttiva 2008/48/KE
---+Artikolu 47 Emenda tad-Direttiva 2013/36/UE
---+Artikolu 48 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
---+Artikolu 49 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 50 Indirizzati

KAPITOLU 14 DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU 14 DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 Sanzjonijiet
Artikolu 39 Mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim
Artikolu 40 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 41 Natura imperattiva ta’ din id-Direttiva

Artikolu 41

Natura imperattiva ta’ din id-Direttiva

L-Istati Membri ta’ oriġini għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-konsumaturi ma jkunux jistgħu jirrinunzjaw għad-drittijiet mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva.

(b) 

il-miżuri li jadottaw fit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jiġu evitati b’tali mod li jista’ jwassal biex il-konsumaturi jitilfu l-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva b’riżultat tal-mod li bih jiġu fformulati l-kuntratti, partikolarment billi jiġu integrati kuntratti ta’ kreditu li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva f’kuntratti ta’ kreditu li n-natura jew l-iskop tagħhom jagħmluha possibbli li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 42 Traspożizzjoni
Artikolu 43 Dispożizzjonijiet transitorji
Artikolu 44 Klawsola ta’ reviżjoni

Artikolu 44

Klawsola ta’ reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ta’ din id-Direttiva sal-21 ta’ Marzu 2019. L-eżami għandu jqis l-effikaċja u adegwatezza tad-dispożizzjonijiet dwar il-konsumaturi u s-suq intern.

L-eżami għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

valutazzjoni tal-użu u l-fehim tal-konsumaturi ta’ u s-sodisfazzjon rigward l-FEIS;

(b) 

analiżi ta’ divulgazzjonijiet oħra prekuntrattwali;

(c) 

analiżi tal-negozju transkonfinali minn intermedjarji tal-kreditu u kredituri;

(d) 

analiżi tal-evoluzzjoni tas-suq għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kuntratti ta’ kreditu marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali;

(e) 

valutazzjoni dwar il-ħtieġa għal aktar miżuri, fosthom passaport għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kuntratti ta’ kreditu marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali;

(f) 

eżami tal-ħtieġa li jiġu introdotti drittijiet u obbligi addizzjonali fir-rigward tal-istadju postkuntrattwali tal-kuntratti ta’ kreditu;

(g) 

valutazzjoni dwar jekk l-ambitu ta’ din id-Direttiva jibqax adatt, b’kont meħud tal-impatt tiegħu fuq forom oħra sostitwibbli ta’ kreditu;

(h) 

valutazzjoni ta’ jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-kuntratti ta’ kreditu garantiti permezz ta’ proprjetà immobbli residenzjali;

(i) 

valutazzjoni tad-disponibbiltà tad-data dwar tendenzi fil-prezzijiet ta’ proprjetà immobbli residenzjali u dwar il-limitu sa fejn id-data hija komparabbli;

(j) 

valutazzjoni dwar jekk jibqax adatt il-fatt li tiġi applikata d-Direttiva 2008/48/KE għal krediti mhux iggarantiti li l-iskop tagħhom hu r-rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali li tinvolvi ammont totali ta’ kreditu ‘l fuq mill-ammont massimu speċifikat fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) ta’ dik id-Direttiva;

(k) 

valutazzjoni dwar jekk l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet skont l-Artikolu 38(2) jipprovdux biżżejjed trasparenza;

(l) 

valutazzjoni tal-proporzjonalità ta’ twissijiet imsemmija fl-Artikolu 11(6) u fl-Artikolu 13(2) u l-potenzjal għal aktar armonizzazzjoni ta’ twissijiet ta’ riskju.

Artikolu 45 Iktar inizjattivi dwar għoti u teħid b’self responsabbli

Artikolu 45

Iktar inizjattivi dwar għoti u teħid b’self responsabbli

Sal-21 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport komprensiv li jivvaluta l-isfidi usa’ ta’ dejn żejjed privat marbut direttament mal-attività ta’ kreditu. Dan jeżamina wkoll il-ħtieġa għas-superviżjoni ta’ reġistri tal-kreditu u l-possibbiltà għall-iżvilupp ta’ swieq aktar flessibbli u affidabbli. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta xieraq, bi proposti leġislattivi.

Artikolu 46 Emenda tad-Direttiva 2008/48/KE

Artikolu 46

Emenda tad-Direttiva 2008/48/KE

Fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/48/KE, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.  
Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 2, din id-Direttiva għandha tapplika għall kuntratti ta’ kreditu mhux garantiti li l-għan tagħhom huwa r-rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali li tinvolvi ammont totali ta’ kreditu ‘l fuq minn EUR 75 000 .”
Artikolu 47 Emenda tad-Direttiva 2013/36/UE

Artikolu 47

Emenda tad-Direttiva 2013/36/UE

Fid-Direttiva 2013/36/UE, jiddaħħal l-Artikolu li jmiss:

“Artikolu 54a

Artikoli 53 u 54 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-poteri ta’ investigazzjoni mogħtija lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 TFUE.”

Artikolu 48 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Artikolu 48

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

(1) 

It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn il-Kummissjoni tadotta standard tekniku regolatorju li jkun l-istess bħall-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-Awtorità, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għandu jkun ta’ xahar mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal perjodu inizjali ta’ xahar u jista’ jiġġedded għal perjodu addizzjonali ta’ xahar.”

(2) 

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha inkluż dwar kif l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) huma applikati skont il-liġi tal-Unjoni.”

Artikolu 49 Dħul fis-seħħ

Artikolu 49

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 50 Indirizzati

Artikolu 50

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.