|
+Artikolu 9 2. |
Artikolu 9 2.L-informazzjoni ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-identità, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-emittent tal-informazzjoni;
(b)
l-għanijiet li għalihom il-kreditu jista’ jintuża;
(c)
it-tul ta’ żmien possibbli tal-ftehim ta’ kreditu;
(d)
it-tipi ta’ rata tas-self disponibbli, b’indikazzjoni jekk tkunx fissa jew varjabbli jew it-tnejn, b’deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi ta’ rata fissa u varjabbli, inkluż l-implikazzjonijiet relatati għall-konsumatur;
(e)
eżempju rappreżentattiv tal-ammont totali ta’ kreditu, il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u r-rata perċentwali annwali ta’ imposta;
(f)
indikazzjoni ta’ kostijiet ulterjuri possibbli, mhux inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, li għandhom jitħallsu b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ kreditu;
(g)
il-firxa ta’ għażliet differenti disponibbli għar-rimborż tal-kreditu lill-kreditur, inkluż l-għadd, il-frekwenza u l-ammont tal-pagamenti rateali regolari;
(h)
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet direttament marbuta mal-ħlas lura antiċipat;
(i)
deskrizzjoni tad-dritt ta’ rtirar;
(j)
indikazzjoni tas-servizzi anċillari li l-konsumatur huwa obbligat li jakkwista biex jikseb il-kreditu jew biex jiksbu bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati, u, fejn applikabbli, kjarifika li s-servizzi anċillari jistgħu jinxtraw minn fornitur li ma jkunx il-kreditur; u
(k)
twissija ġenerali dwar il-konsegwenzi possibbli tan-nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbutin mal-ftehim ta’ kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|