+Artikolu 10 Informazzjoni prekuntrattwali
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
---+Artikolu 10 10.
|
Artikolu 10 Informazzjoni prekuntrattwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jagħtu lill-konsumatur l-informazzjoni prekuntrattwali ċara u li tinftiehem meħtieġa biex iqabbel offerti differenti sabiex jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jikkonkludix ftehim ta’ kreditu abbażi tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu offruti mill-kreditur u, fejn applikabbli, il-preferenzi espressi u l-informazzjoni mogħtija mill-konsumatur. Tali informazzjoni prekuntrattwali għandha tingħata lill-konsumatur fi żmien xieraq qabel ma l-konsumatur jintrabat bi kwalunkwe ftehim jew offerta ta’ kreditu, inkluż fejn jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (e) tad-Direttiva 2002/65/KE. Fil-każ li l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tingħata inqas minn jum qabel ma l-konsumatur jkun marbut bil-ftehim jew l-offerta ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jibagħtu tfakkira lill-konsumatur dwar il-possibbiltà li jirtira mill-ftehim ta’ kreditu u dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-irtirar, f’konformità mal-Artikolu 26. Dik it-tfakkira għandha tingħata lill-konsumatur, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, bejn jum u sebat ijiem wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu jew, fejn applikabbli, l-għoti tal-offerta vinkolanti ta’ kreditu mill-konsumatur.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur permezz tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur stabbilita fl-Anness I. L-informazzjoni kollha mogħtija fil-formola għandha tkun prominenti bl-istess mod. Il-kreditur għandu jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati f’dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2002/65/KE jekk dak il-kreditur ikun ipprovda dik il-formola.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin b’mod prominenti fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq paġna waħda:
(a)
l-identità tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu involut;
(b)
l-ammont totali tal-kreditu;
(c)
it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;
(d)
ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha jekk japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti;
(e)
ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;
(f)
fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz tagħhom fi flus kontanti;
(g)
il-kostijiet f’każ ta’ ħlasijiet tard, jiġifieri r-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ ħlasijiet tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għall-inadempjenza;
(h)
l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;
(i)
twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;
(j)
l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ rtirar u, fejn applikabbli, il-perjodu ta’ rtirar;
(k)
l-eżistenza ta’ dritt ta’ ħlas lura antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens;
(l)
l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-intermedjarju tal-kreditu involut.
|
|
Artikolu 10 4.
|
F’każ li l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux jistgħu jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, dawn għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mhux aktar minn żewġ paġni. F’dak il-każ, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu għandha tintwera fuq l-ewwel paġna tal-formola.
|
|
Artikolu 10 5.
|
L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, li għandhom jintwerew wara u jiġu separati b’mod evidenti mill-elementi elenkati fil-paragrafu 3:
(b)
il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid tal-kreditu;
(c)
fejn japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self u, fejn ikun disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għal kull rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perjodi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-bidliet ta’ kull rata tas-self;
▼C2
(d)
meta ftehim ta’ kreditu jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ kreditu b’imposti jew rati tas-self differenti u l-kreditur juża s-suppożizzjoni stabbilita fl-Anness III, il-Parti II, il-punt (c), indikazzjoni li mekkaniżmi oħrajn ta’ ġbid ta’ kreditu għat-tip rilevanti ta’ ftehim ta’ kreditu jistgħu jirriżultaw f’rati perċentwali annwali ogħla ta’ imposta;
▼B
(e)
fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta’ kont wieħed jew ta’ diversi kontijiet obbligatorji biex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu, l-imposti għall-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għall-ġbid ta’ kreditu, kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta’ kreditu, u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom kwalunkwe imposta tista’ tiġi mibdula;
(f)
eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, li lkoll jirreferu għas-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata; meta l-konsumatur ikun informa lill-kreditur b’komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu u l-ammont totali ta’ kreditu, il-kreditur għandu jqis dawk il-komponenti;
(g)
fejn applikabbli, kwalunkwe kost pagabbli mill-konsumatur lil nutar mal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
(h)
l-obbligu, jekk ikun hemm, li wieħed jidħol f’kuntratt għal servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu, meta il-konklużjoni ta’ tali kuntratt tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati;
(i)
fejn applikabbli, il-garanziji meħtieġa;
(j)
fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-mod li bih il-kumpens tal-kreditur ser jiġi determinat fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat;
(k)
id-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skont l-Artikolu 19(6), bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi tad-data li ssir biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu;
(l)
id-dritt tal-konsumatur, kif stabbilit fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, li għandu jingħata, fuq talba fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor u mingħajr ħlas, flimkien ma’ kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu, dment li l-kreditur, meta ssir it-talba, ikun lest li jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
(m)
fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prezz ġie personalizzat abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili;
(n)
fejn applikabbli, il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali mogħtija f’konformità ma’ dan l-Artikolu;
(o)
il-possibilità għall-konsumatur li juża mekkaniżmu barra mill-qorti ta’ lment u ta’ rimedju u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;
(p)
twissija u spjegazzjoni dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji tan-nonkonformità mal-impenji l-oħra marbuta mal-ftehim ta’ kreditu speċifiku;
(q)
skeda ta’ ħlas lura li fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha matul id-durata tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż dawk il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura għal kwalunkwe servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu li jinbiegħ simultanjament, fejn il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura, f’każ li japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, huma bbażati fuq bidliet raġonevoli ‘l fuq fir-rata tas-self.
Meta l-ftehim ta’ kreditu jagħmel referenza għal parametru referenzjarju kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), l-isem ta’ dak il-parametru referenzjarju u tal-amministratur tiegħu u l-implikazzjonijiet potenzjali ta’ dak il-parametru referenzjarju għall-konsumatur għandhom jiġu speċifikati f’dokument separat li jista’ jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur.
|
|
Artikolu 10 6.
|
L-informazzjoni murija fil-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur għandha tkun konsistenti. Din għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandhom jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz li fuqu tintwera. L-informazzjoni għandha tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-mezzi differenti, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur jista’ jagħti lill-konsumatur għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u tingħata f’dokument separat, li jista’ jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur.
|
|
Artikolu 10 7.
|
B’deroga mill-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet ta’ telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li għandha tingħata skont l-Artikolu 3(3), il-punt (b), it-tieni inċiż ta’ dik id-Direttiva għandha tinkludi tal-inqas l-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jagħtu lill-konsumatur il-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mezz durabbli immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 10 8.
|
Fuq talba tal-konsumatur, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, minbarra l-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, jagħtu lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu mingħajr ħlas fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor, dment li l-kreditur, fiż-żmien tat-talba, ikun lest jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mal-konsumatur.
|
|
Artikolu 10 9.
|
Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu li permezz tagħhom il-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat tal-ammont totali ta’ kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u b’kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kreditu, jew fi ftehim anċillari, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jinkludu fl-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehimiet ta’ kreditu ma jipprevedux garanzija ta’ ħlas lura tal-ammont totali ta’ kreditu miġbud skont il-ftehim ta’ kreditu, sakemm garanzija bħal din ma tingħatax espressament.
|
|
Artikolu 10 10.
|
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jkunu qed jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kreditur, jew fejn applikabbli, l-obbligu tal-intermedjarju tal-kreditu li jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L2225
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|