|
+Artikolu 10 3. |
Artikolu 10 3.L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin b’mod prominenti fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq paġna waħda:
(a)
l-identità tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu involut;
(b)
l-ammont totali tal-kreditu;
(c)
it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;
(d)
ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha jekk japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti;
(e)
ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;
(f)
fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz tagħhom fi flus kontanti;
(g)
il-kostijiet f’każ ta’ ħlasijiet tard, jiġifieri r-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ ħlasijiet tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għall-inadempjenza;
(h)
l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;
(i)
twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;
(j)
l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ rtirar u, fejn applikabbli, il-perjodu ta’ rtirar;
(k)
l-eżistenza ta’ dritt ta’ ħlas lura antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens;
(l)
l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-intermedjarju tal-kreditu involut. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|