|
+Artikolu 11 4. |
Artikolu 11 4.L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, li għandhom jintwerew wara u jiġu separati b’mod evidenti mill-elementi elenkati fil-paragrafu 2:
(a)
it-tip ta’ kreditu;
(b)
fejn japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali, l-imposti applikabbli miż-żmien li fih jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu, u, fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom dawk l-imposti jistgħu jinbidlu;
(c)
eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, li lkoll jirreferu għas-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata;
(d)
il-kundizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
(e)
fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-mod li bih il-kumpens tal-kreditur ser jiġi determinat fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat;
(f)
fejn applikabbli, indikazzjoni li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas lura l-ammont totali tal-kreditu fi kwalunkwe ħin;
(g)
referenza għad-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skont l-Artikolu 19(6), bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi tad-data li ssir biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu;
(h)
fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prezz ġie personalizzat abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili;
(i)
fejn applikabbli, il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali mogħtija f’konformità ma’ dan l-Artikolu;
(j)
referenza għall-possibilità li l-konsumatur juża mekkaniżmu ta’ lment u ta’ rimedju barra mill-qorti u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;
(k)
twissija u spjegazzjoni dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji tan-nonkonformità mal-impenji l-oħra marbuta mal-ftehim ta’ kreditu speċifiku;
(l)
skeda ta’ ħlas lura li fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha matul id-durata tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż dawk il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura għal kwalunkwe servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu li jinbiegħ simultanjament, fejn il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura, f’każ li japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, huma bbażati fuq bidliet raġonevoli ‘l fuq fir-rata tas-self. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|