|
+Artikolu 16 2. |
Artikolu 16 2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li qabel l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza jew il-konklużjoni ta’ kuntratt għall-provvista ta’ tali servizzi, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu, jagħtu lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur:
(a)
indikazzjoni ta’ jekk ir-rakkomandazzjoni hijiex ser tkun ibbażata biss fuq il-firxa ta’ prodotti tagħhom stess, f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (c), jew fuq firxa wiesgħa ta’ prodotti mis-suq kollu;
(b)
fejn applikabbli, indikazzjoni tat-tariffa pagabbli mill-konsumatur għas-servizzi ta’ konsulenza jew tal-metodu użat għall-kalkolu tagħha, meta l-ammont ta’ tali tariffa ma jkunx jista’ jiġi stabbilit fil-mument li tingħata l-informazzjoni. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tingħata lill-konsumatur fil-forma ta’ informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 10(6), it-tieni subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|