+Artikolu 16 Servizzi ta’ konsulenza
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
|
Artikolu 16 Servizzi ta’ konsulenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jinfurmaw b’mod espliċitu lill-konsumatur, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni partikolari, jekk ikunux qed jingħataw jew jistgħux jingħataw servizzi ta’ konsulenza lill-konsumatur.
|
|
Artikolu 16 2.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li qabel l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza jew il-konklużjoni ta’ kuntratt għall-provvista ta’ tali servizzi, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu, jagħtu lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur:
▼C2
(a)
indikazzjoni ta’ jekk ir-rakkomandazzjoni hijiex ser tkun ibbażata biss fuq il-firxa ta’ prodotti tagħhom stess, f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (c), jew fuq firxa wiesgħa ta’ prodotti mis-suq kollu;
▼B
(b)
fejn applikabbli, indikazzjoni tat-tariffa pagabbli mill-konsumatur għas-servizzi ta’ konsulenza jew tal-metodu użat għall-kalkolu tagħha, meta l-ammont ta’ tali tariffa ma jkunx jista’ jiġi stabbilit fil-mument li tingħata l-informazzjoni.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tingħata lill-konsumatur fil-forma ta’ informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 10(6), it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Meta jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza lill-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu:
(a)
jiksbu l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-objettivi relatati mal-ftehim ta’ kreditu, sabiex il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jirrakkomandaw ftehimiet ta’ kreditu li huma adatti għall-konsumatur;
(b)
jivvalutaw is-sitwazzjoni finanzjarja u l-ħtiġijiet tal-konsumatur abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a), li għandha tkun aġġornata fiż-żmien tal-valutazzjoni, filwaqt li jqisu suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur matul it-terminu tal-ftehim ta’ kreditu rakkomandat;
(c)
jikkunsidraw għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu fil-firxa tal-prodotti tagħhom u fuq dik il-bażi jirrakkomandaw ftehim ta’ kreditu wieħed jew aktar minn fost dik il-firxa ta’ prodotti li jkunu adattati għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur;
(d)
jaġixxu fl-aħjar interessi tal-konsumatur; u
(e)
jagħtu lill-konsumatur rekord tar-rakkomandazzjoni pprovduta, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza.
|
|
Artikolu 16 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili meta s-servizzi ta’ konsulenza jiġu kkummerċjalizzati u pprovduti lill-konsumaturi minn kredituri jew fejn applikabbli, minn intermedjarji tal-kreditu. Fejn l-Istati Membri ma jipprojbixxux l-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili, huma għandhom jimponu l-kundizzjonijiet li ġejjin fuq l-użu tat-terminu “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” minn kredituri u intermedjarji tal-kreditu li jagħtu servizzi ta’ konsulenza:
(a)
il-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom iqisu għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu disponibbli fis-suq; u
(b)
l-intermedjarji tal-kreditu ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi ta’ konsulenza minn kreditur wieħed jew aktar.
Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandu japplika biss meta l-għadd ta’ kredituri meqjusa jkun inqas minn maġġoranza tas-suq. L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti għall-użu tat-termini “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” mill-kredituri u, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu.
|
|
Artikolu 16 5.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jwissu lil konsumatur meta ftehim ta’ kreditu jista’ jwassal għal riskju speċifiku għall-konsumatur meta titqies is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur.
|
|
Artikolu 16 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta’ konsulenza jistgħu jiġu pprovduti biss mill-kredituri u, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu. L-Istati Membri jistgħu, b’deroga mill-ewwel subparagrafu, jippermettu lil persuni oħra għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti b’mod inċidentali waqt attività professjonali li tkun irregolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi ta’ etika li ma jeskludix il-provvista ta’ dawk is-servizzi;
(b)
is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti fil-kuntest tal-immaniġġar tad-dejn eżistenti mill-prattikanti tal-insolvenza u fejn dik l-attività ta’ mmaniġġar tkun regolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji;
(c)
is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti fil-kuntest tal-immaniġġar tad-dejn eżistenti minn fornituri tas-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn pubbliċi jew volontarji kif imsemmi fl-Artikolu 36 li ma joperawx fuq bażi kummerċjali;
(d)
is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti minn persuni li jkunu awtorizzati u ssorveljati minn awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L2225
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|