|
+Artikolu 16 6. |
Artikolu 16 6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta’ konsulenza jistgħu jiġu pprovduti biss mill-kredituri u, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu. L-Istati Membri jistgħu, b’deroga mill-ewwel subparagrafu, jippermettu lil persuni oħra għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti b’mod inċidentali waqt attività professjonali li tkun irregolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi ta’ etika li ma jeskludix il-provvista ta’ dawk is-servizzi;
(b)
is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti fil-kuntest tal-immaniġġar tad-dejn eżistenti mill-prattikanti tal-insolvenza u fejn dik l-attività ta’ mmaniġġar tkun regolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji;
(c)
is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti fil-kuntest tal-immaniġġar tad-dejn eżistenti minn fornituri tas-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn pubbliċi jew volontarji kif imsemmi fl-Artikolu 36 li ma joperawx fuq bażi kummerċjali;
(d)
is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti minn persuni li jkunu awtorizzati u ssorveljati minn awtoritajiet kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|