|
+Artikolu 22 Informazzjoni rigward il-modifika tal-ftehim ta’ kreditu |
Artikolu 22 Informazzjoni rigward il-modifika tal-ftehim ta’ kredituArtikolu 22 Informazzjoni rigward il-modifika tal-ftehim ta’ kreditu Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel il-modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur jikkomunika lill-konsumatur fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
deskrizzjoni ċara tal-bidliet proposti u, fejn applikabbli, il-ħtieġa li l-konsumatur jagħti l-kunsens tiegħu jew spjegazzjoni tal-bidliet introdotti ex lege;
(b)
l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);
(c)
il-mezzi għall-ilmenti disponibbli għall-konsumatur fir-rigward tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);
(d)
il-perjodu ta’ żmien disponibbli għat-tressiq ta’ kwalunkwe lment bħal dan;
(e)
l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti fejn dak l-ilment ikun jista’ jitressaq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|