+Artikolu 30 Kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
|
Artikolu 30 Kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-formula matematika li tinsab fil-Parti I tal-Anness III. Din għandha tammonta, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti tal-impenji kollha (ġbid ta’ kreditu, ħlas lura u imposti), futuri jew eżistenti, miftiehma mill-kreditur u mill-konsumatur.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta, għandu jiġi ddeterminat il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe imposta pagabbli mill-konsumatur għan-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe wieħed mill-impenji tiegħu stabbiliti fil-ftehim ta’ kreditu u l-imposti minbarra l-prezz tax-xiri li, għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, ikun obbligat iħallas kemm jekk it-tranżazzjoni ssir fi flus kontanti kif ukoll bi kreditu. Il-kostijiet taż-żamma ta’ kont li jirreġistra kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu, il-kostijiet tal-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għall-ġbid ta’ kreditu, u kostijiet oħra relatati mat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv u l-kostijiet tal-kont ikunu ġew identifikati b’mod ċar u separat fil-ftehim ta’ kreditu, jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta għandu jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-ftehim ta’ kreditu għandu jibqa’ validu għall-perjodu miftiehem u li l-kreditur u l-konsumatur jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu li fihom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tas-self jew varjazzjonijiet f’ċerti imposti li jinsabu fir-rata perċentwali annwali ta’ imposta li jagħmluhom mhux kwantifikabbli fiż-żmien tal-kalkolu, ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkulata fuq is-suppożizzjoni li r-rata tas-self u imposti oħra jibqgħu fissi fir-rigward tal-livell inizjali u jibqgħu applikabbli sa tmiem il-ftehim ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 30 5.
|
Fejn ikun meħtieġ, is-suppożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-Parti II tal-Anness III għandhom jintużaw fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta. Fejn is-suppożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Parti II tal-Anness III ma jkunux biżżejjed biex tiġi kkalkulata r-rata perċentwali annwali ta’ imposta b’mod uniformi jew ma jibqgħux adattati għas-sitwazzjonijiet kummerċjali fis-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 45 sabiex temenda dan l-Artikolu u l-Parti II tal-Anness III biex iżżid is-suppożizzjonijiet addizzjonali meħtieġa għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta jew biex timmodifika dawk eżistenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L2225
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|