+Artikolu 37 Ammissjoni, reġistrazzjoni u superviżjoni ta’ istituzzjonijiet mhux tal-kreditu u istituzzjonijiet mhux ta’ pagament
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
|
Artikolu 37 Ammissjoni, reġistrazzjoni u superviżjoni ta’ istituzzjonijiet mhux tal-kreditu u istituzzjonijiet mhux ta’ pagament
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jkunu soġġetti għal proċess ta’ ammissjoni adegwat, għal arranġamenti ta’ reġistrazzjoni u ta’ superviżjoni stabbiliti minn awtorità kompetenti indipendenti.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Ir-rekwiżit ta’ proċess ta’ ammissjoni adegwat u ta’ reġistrazzjoni ma għandux japplika għal kredituri li jkunu:
(a)
istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, għas-servizzi msemmija fl-Anness I, il-punt 4, ta’ dik id-Direttiva; jew
(c)
istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt 1, tad-Direttiva 2009/110/KE, għall-għoti ta’ kreditu msemmi fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 37 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti ta’ ammissjoni u reġistrazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, li jaġixxu bħala:
(a)
intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari; jew
(b)
kredituri f’kapaċità anċillari, li jagħtu kreditu fil-forma ta’ ħlas differit biex jixtru oġġetti u servizzi offruti minnhom, jekk il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u b’imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard, skont id-dritt nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L2225
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|