|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III I. L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza ta’ ġbid ta’ kreditu minn naħa waħda u l-ħlas lura u l-imposti min-naħa l-oħra. L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI), tammonta, fuq bażi annwali, għall-valur totali preżenti ta’ ġbid ta’ kreditu min-naħa l-waħda u t-total tal-valur preżenti ta’ ħlasijiet lura u tal-ħlasijiet ta’ imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:
fejn:
Rimarki
(a)
L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti ma għandhomx neċessarjament ikunu indaqs u ma għandhomx neċessarjament jitħallsu f’intervalli ugwali.
(b)
Id-data tal-bidu għandha tkun dik tal-ewwel ġbid ta’ kreditu.
(c)
L-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkoli għandhom jiġu espressi fi snin jew fi frazzjonijiet ta’ sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar huwa preżunt li fih 30.41666 jum (jiġifieri 365/12) irrispettivament minn jekk tkunx sena biżestili jew le. Fejn l-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkoli ma jkunux jistgħu jiġu espressi f’numru sħiħ ta’ ġimgħat, xhur jew snin, l-intervalli għandhom jiġu espressi bħala numru sħiħ ta’ wieħed minn dawk il-perjodi flimkien ma’ numru ta’ jiem. Meta jintużaw il-jiem:
(i)
kull jum għandu jingħadd, inkluż tmiem il-ġimgħa u btajjel;
(ii)
perjodi ugwali u mbagħad il-jiem għandhom jingħaddu b’lura sad-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali;
(iii)
it-tul tal-perjodu ta’ jiem għandu jinkiseb billi jiġi eskluż l-ewwel jum u inkluż l-aħħar jum u għandu jiġi espress fi snin billi dan il-perjodu jiġi diviż bin-numru ta’ jiem (365 jew 366) tas-sena sħiħa magħduda b’lura mill-aħħar jum sal-istess jum tas-sena preċedenti.
(d)
Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress bi preċiżjoni ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-post deċimali segwenti tkun ugwali għal 5 jew akbar, iċ-ċifra f’dak il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b’wieħed.
(e)
L-ekwazzjoni tista’ tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta’ somma waħda u l-kunċett ta’ flussi (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor imħallsa jew riċevuta matul il-perjodi 1 sa n, espressi fi snin, jiġifieri:
fejn S hija l-bilanċ preżenti ta’ flussi. Jekk l-għan ikun li tinżamm l-ekwivalenza tal-flussi, il-valur ta’ S ikun żero. II. Is-suppożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-RPAI għandhom ikunu kif ġej.
(a)
Meta kuntratt ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà ta’ ġbid ta’ kreditu, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li ġie prelevat minnufih u kompletament.
(b)
Meta kuntratt ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà ta’ ġbid ta’ kreditu b’mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta’ prelevament, limitazzjoni fir-rigward tal-ammont ta’ kreditu u l-perjodu ta’ żmien, l-ammont ta’ kreditu għandu jitqies bħala prelevat fl-eqreb data stabbilita fil-ftehim ta’ kreditu u f’konformità ma’ dawk il-limiti ta’ ġbid ta’ kreditu.
(c)
Fejn kuntratt ta’ kreditu jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ flus b’imposti jew rati ta’ self differenti, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li ġie prelevat bl-ogħla imposta u rata ta’ self applikata għall-mekkaniżmu ta’ ġbid ta’ kreditu l-aktar komuni għal dak it-tip ta’ ftehim ta’ kreditu.
(d)
Fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li huwa miġbud kompletament u għad-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk id-durata tal-faċilità ta’ overdraft ma tkunx magħrufa, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li d-durata tal-kreditu hija ta’ tliet xhur.
(e)
Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa, għajr faċilità ta’ overdraft, għandu jiġi preżunt li:
(i)
il-kreditu huwa pprovdut għal perjodu ta’ sena li jibda mid-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali, u li l-ħlas finali magħmul mill-konsumatur iħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm;
(ii)
il-kapital huwa mħallas lura mill-konsumatur fi ħlasijiet indaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali. Madankollu, f’każijiet fejn il-kapital irid jitħallas lura biss kompletament fi ħlas uniku, f’kull perjodu ta’ ħlas, il-ġbid ta’ kreditu suċċessiv u l-ħlasijiet lura tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru fuq il-perjodu ta’ sena. L-imgħax u imposti oħra għandhom jiġu applikati f’konformità ma’ dawk il-ġbid ta’ kreditu u l-ħlasijiet lura ta’ kapital u kif stabbilit fil-ftehim ta’ kreditu. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa huwa ftehim ta’ kreditu mingħajr durata fissa u jinkludi krediti li jridu jitħallsu lura kompletament fi żmien jew wara perjodu iżda, ladarba jitħallsu lura, isiru disponibbli biex jerġgħu jiġu prelevati.
(f)
Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu minbarra overdrafts u ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa kif imsemmija fil-preżunzjonijiet imniżżla fil-punti (d) u (e):
(i)
meta d-data jew l-ammont ta’ ħlas lura ta’ kapital li għandu jsir mill-konsumatur ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati, għandu jiġi preżunt li l-ħlas lura jsir fl-eqreb data prevista fil-ftehim ta’ kreditu u huwa għall-aktar ammont baxx li għalih jipprevedi l-kuntratt ta’ kreditu;
(ii)
fejn l-intervall bejn id-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistax jiġi aċċertat, għandu jiġi preżunt li huwa l-iqsar intervall.
(g)
Meta d-data jew l-ammont ta’ ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati abbażi tal-ftehim ta’ kreditu jew is-suppożizzjonijiet imniżżla fil-punti (d), (e) jew (f), għandu jiġi preżunt li l-ħlas isir f’konformità mad-dati u l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-kreditur u, meta dawk id-dati u l-kundizzjonijiet ma jkunux magħrufa:
(i)
l-imposti tal-imgħax jitħallsu flimkien mal-ħlas lura tal-kapital;
(ii)
imposta mingħajr imgħax espressa bħala somma unika titħallas fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
(iii)
imposti mingħajr imgħax espressi bħala diversi ħlasijiet jitħallsu f’intervalli regolari, li jibdew mad-data tal-ewwel ħlas lura tal-kapital, u fejn l-ammont ta’ tali ħlasijiet ma jkunx magħruf għandhom jiġu preżunti bħala ammonti indaqs;
(iv)
il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.
(h)
Fejn il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu jkun għadu ma ġiex miftiehem, ikun preżunt li huwa EUR 1 500 .
(i)
Meta jiġu offruti rati tas-self u imposti differenti għal perjodu limitat jew ammont limitat, ir-rata tas-self u l-imposti għandhom jitqiesu bħala l-ogħla rata għad-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu.
(j)
Għal ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi li għalihom tiġi miftiehma rata tas-self fissa għall-perjodu inizjali, li fi tmiemu tiġi ddeterminata rata tas-self ġdida u sussegwentement aġġustata perjodikament skont indikatur maqbul, il-kalkolu tar-RPAI għandu jkun ibbażat fuq il-preżunzjoni li, fi tmiem il-perjodu tar-rata tas-self fissa, ir-rata tas-self tkun l-istess bħal fil-mument tal-kalkolu tar-RPAI, abbażi tal-valur tal-indikatur maqbul f’dak il-mument. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|