+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.

Artikolu 9

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Il-ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi nazzjonali tal-AML/CFF tagħhom li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni (“pajjiżi terzi b'riskju kbir”) għandhom jiġu identifikati sabiex jiġi protett il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Artikolu 9 2.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 64 biex tidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir, b’kont meħud tan-nuqqasijiet strateġiċi, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(a) 

il-qafas legali u istituzzjonali tal-AML/CFT tal-pajjiż terz, b’mod partikolari:

(i) 

il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(ii) 

miżuri relatati ma’ diliġenza dovuta tal-klijenti;

(iii) 

rekwiżiti relatati maż-żamma ta’ rekords;

(iv) 

rekwiżiti relatati mar-rappurtar ta’ transazzjonijiet suspettużi;

(v) 

id-disponibbiltà ta’ informazzjoni preċiża u f’waqtha dwar is-sjieda benefiċjarja tal-arranġamenti u l-persuni ġuridiċi għall-awtoritajiet kompetenti;

(b) 

is-setgħat u l-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inklużi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod xieraq, kif ukoll il-prattiki tal-pajjiż terz fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(c) 

l-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 9 3.
L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati fi żmien xahar wara l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet strateġiċi msemmija f'dak il-paragrafu.
Artikolu 9 4.
Il-Kummissjoni, fit-tfassil tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2, għandha tieħu kont tal-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mħejjija minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu standards b’kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.