|
+Artikolu 9 2. |
Artikolu 9 2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 64 biex tidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir, b’kont meħud tan-nuqqasijiet strateġiċi, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:
(a)
il-qafas legali u istituzzjonali tal-AML/CFT tal-pajjiż terz, b’mod partikolari:
(i)
il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
(ii)
miżuri relatati ma’ diliġenza dovuta tal-klijenti;
(iii)
rekwiżiti relatati maż-żamma ta’ rekords;
(iv)
rekwiżiti relatati mar-rappurtar ta’ transazzjonijiet suspettużi;
(v)
id-disponibbiltà ta’ informazzjoni preċiża u f’waqtha dwar is-sjieda benefiċjarja tal-arranġamenti u l-persuni ġuridiċi għall-awtoritajiet kompetenti;
(b)
is-setgħat u l-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inklużi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod xieraq, kif ukoll il-prattiki tal-pajjiż terz fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;
(c)
l-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|