|
+Artikolu 18a 3. |
Artikolu 18a 3.B’żieda mal-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw, fejn applikabbli, waħda jew bosta mill-miżuri li ġejjin fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir identifikati skont l-Artikolu 9(2) f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni:
(a)
l-irrifjutar tal-istabbiliment ta’ sussidjarji jew fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ta’ entitajiet marbutin b’obbligu mill-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-entità marbuta b’obbligu rilevanti hija minn pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;
(b)
il-projbizzjoni ta’ entitajiet marbutin b’obbligu milli jistabbilixxu fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi fil-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv rilevanti jkun f’pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;
(c)
il-ħtieġa ta’ eżaminazzjoni superviżorja miżjuda jew rekwiżiti ta’ awditjar estern miżjudin għal fergħat u sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat;
(d)
il-ħtieġa ta’ rekwiżiti tal-awditjar estern miżjudin għal gruppi finanzjarji fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-fergħat u sussidjarji tagħhom li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat;
(e)
il-ħtieġa li istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu jirrevedu u jemendaw, jew jekk neċessarju jitterminaw, relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet rispondenti fil-pajjiż ikkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|