+Artikolu 18a
---+Artikolu 18a 1.
---+Artikolu 18a 2.
---+Artikolu 18a 3.
---+Artikolu 18a 4.
---+Artikolu 18a 5.

Artikolu 18a

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18a 1.

Fir-rigward tar-relazzjonijiet ta’ negozju jew tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju kbir identifikati skont l-Artikolu 9(2), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw il-miżuri li ġejjin għal diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa:

(a) 

il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq il-klijent u fuq is-sid benefiċjarju jew sidien benefiċjarji;

(b) 

il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq l-għan maħsub tar-relazzjoni ta’ negozju;

(c) 

il-kisba ta’ informazzjoni fuq is-sors tal-fondi u s-sors tal-beni tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jew sidien benefiċjarji;

(d) 

il-kisba ta’ informazzjoni fuq ir-raġunijiet għat-tranżazzjonijiet intenzjonati jew imwettqin;

(e) 

il-kisba tal-approvazzjoni tal-maniġment superjuri għall-istabbiliment jew it-tkomplija tar-relazzjoni ta’ negozju;

(f) 

it-twettiq ta’ monitoraġġ imsaħħaħ tar-relazzjoni ta’ negozju b’żieda fin-numru u l-ħin tal-kontrolli applikati, u l-għażla ta’ tipi tat-tranżazzjonijiet li jeħtieġu eżaminazzjoni ulterjuri.

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-entitajiet marbutin b’obbligu jiżguraw, fejn applikabbli, li l-ewwel pagament jitwettaq permezz ta’ kont f’isem il-klijent ma’ istituzzjoni ta’ kreditu suġġett għal standards ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti li mhumiex inqas sodi minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 18a 2.

B’żieda mal-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1 u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw, fejn applikabbli, waħda jew aktar’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni lil persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jwettqu tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9(2). Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu f’waħda jew aktar minn dawk li ġejjin:

(a) 

fl-applikazzjoni ta’ elementi addizzjonali ta’ diliġenza dovuta msaħħa;

(b) 

fl-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtar rilevanti msaħħa jew ir-rappurtar sistematiku ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji;

(c) 

fil-limitazzjoni ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet ma’ persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi mill-pajjiżi terzi identifikati bħala pajjiżi b’riskju kbir skont l-Artikolu 9(2).

Artikolu 18a 3.

B’żieda mal-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw, fejn applikabbli, waħda jew bosta mill-miżuri li ġejjin fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir identifikati skont l-Artikolu 9(2) f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni:

(a) 

l-irrifjutar tal-istabbiliment ta’ sussidjarji jew fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ta’ entitajiet marbutin b’obbligu mill-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-entità marbuta b’obbligu rilevanti hija minn pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;

(b) 

il-projbizzjoni ta’ entitajiet marbutin b’obbligu milli jistabbilixxu fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi fil-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv rilevanti jkun f’pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;

(c) 

il-ħtieġa ta’ eżaminazzjoni superviżorja miżjuda jew rekwiżiti ta’ awditjar estern miżjudin għal fergħat u sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat;

(d) 

il-ħtieġa ta’ rekwiżiti tal-awditjar estern miżjudin għal gruppi finanzjarji fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-fergħat u sussidjarji tagħhom li jinsabu fil-pajjiż ikkonċernat;

(e) 

il-ħtieġa li istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu jirrevedu u jemendaw, jew jekk neċessarju jitterminaw, relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet rispondenti fil-pajjiż ikkonċernat.

Artikolu 18a 4.
Meta jkunu qegħdin jippromulgaw jew japplikaw il-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, bħala evalwazzjonijiet rilevanti xierqa, tal-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mħejjija minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu standards b’kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, f’dak li għandu x’jaqsam mar-riskji maħluqa minn pajjiżi terzi individwali.
Artikolu 18a 5.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel jippromulgaw jew japplikaw il-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.