+Artikolu 32a
---+Artikolu 32a 1.
---+Artikolu 32a 2.
---+Artikolu 32a 3.
---+Artikolu 32a 4.
---+Artikolu 32a 5.
|
Artikolu 32a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati, bħal reġistri ċentrali jew sistemi elettroniċi ċentrali għall-irkupru ta’ data, li jippermettu l-identifikazzjoni, b’mod f’waqtu, ta’ xi persuna fiżika jew ġuridika li żżomm jew tikkontrolla kontijiet ta’ ħlas u kontijiet bankarji identifikati mill-IBAN, kif definit permezz tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
21
), u kaxex ta’ depożitu sikur miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-karatteristiċi ta’ dawk il-mekkaniżmi nazzjonali.
|
|
Artikolu 32a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni miżmuma fil-mekkaniżmi ċentralizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija direttament aċċessibbli mill-UIF nazzjonali b’mod immedjat u mhux filtrat. L-informazzjoni għandha wkoll tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe UIF tkun f’qagħda li tipprovdi informazzjoni miżmuma fil-mekkaniżmi ċentralizzati msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil kwalunkwe UIF oħra b’mod f’waqtu f’konformità mal-Artikolu 53.
|
|
Artikolu 32a 3.
|
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli u disponibbli għat-tiftix permezz tal-mekkaniżmi ċentralizzati msemmijin fil-paragrafu 1:
|
—
|
għad-detentur tal-kont tal-klijent u kull persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent : l-isem, ikkomplementat jew bid-data tal-identifikazzjoni l-oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (a) tal-Artikolu 13(1) jew numru tal-identifikazzjoni uniku;
|
|
—
|
għas-sid benefiċjarju tad-detentur tal-kont tal-klijent : l-isem, ikkomplementat jew bid-data tal-identifikazzjoni oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) jew numru tal-identifikazzjoni uniku;
|
|
—
|
għall-kont bankarju jew tal-pagament : in-numru tal-IBAN u d-data tal-ftuħ u l-għeluq tal-kont;
|
|
—
|
għall-kaxxa ta’ depożitu sikur : l-isem tal-lokatarju ikkomplementat jew bid-data ta’ identifikazzjoni l-oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 13(1) jew b’numru tal-identifikazzjoni uniku u ż-żmien tal-perijodu ta’ lokazzjoni.
|
|
|
Artikolu 32a 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jirrikjedu li informazzjoni oħra meqjusa bħala essenzjali biex l-UIF u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva tkun aċċessibbli u disponibbli għat-tiftix permezz tal-mekkaniżmi ċentralizzati.
|
|
Artikolu 32a 5.
|
Sas-26 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tivvaluta l-kondizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi għall-iżgurar tal-interkonnessjoni sigura u effiċjenti tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzat. Meta xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|