+Artikolu 44
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.

Artikolu 44

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.
Sabiex jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu janalizzaw l-effettività tas-sistemi tagħhom fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu billi jżommu statistika komprensiva dwar kwistjonijiet rilevanti għall-effettività ta’ tali sistemi.
Artikolu 44 2.

L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a) 

data li tkejjel id-daqs u l-importanza tas-setturi differenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi n-numru ta’ persuni fiżiċi u entitajiet u l-importanza ekonomika ta’ kull settur;

(b) 

data li tkejjel il-fażijiet ta’ rappurtar, ta’ investigazzjoni u dawk ġudizzjarji tar-reġim nazzjonali tal-AML/CFT, inklużi n-numru ta’ rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li saru lill-UIF, il-mod kif ġew segwiti dawk ir-rapporti u, fuq bażi annwali, in-numru ta’ każijiet investigati, in-numru ta’ persuni mixlija, in-numru ta’ persuni kkundannati għal reati ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, it-tipi ta’ reati predikati, fejn tali informazzjoni tkun disponibbli, u l-valur f’euro ta’ proprjetà li tkun ġiet iffriżata, sekwestrata jew ikkonfiskata;

(c) 

jekk disponibbli, data li tidentifika n-numru u l-perċentwal ta’ rapporti li jirriżultaw f’investigazzjoni ulterjuri, flimkien mar-rapport annwali lill-entitajiet marbutin b’obbligu li jagħti fid-dettall l-utilità u s-segwitu tar-rapporti dwar ir-rapporti li jkunu ppreżentaw;

(d) 

data rigward in-numru ta’ talbiet transfruntiera għal informazzjoni li jkunu saru, ġew riċevuti, irrifjutati u parzjalment jew kompletament, imwieġba mill-UIF, imqassma skont il-pajjiż kontroparti;

(e) 

ir-riżorsi umani allokati lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal superviżjoni AML/CFT kif ukoll ir-riżorsi umani allokati lill-UIF biex twettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 32;

(f) 

in-numru ta’ azzjonijiet superviżorji fuq il-post u mhux fuq il-post, l-għadd ta’ ksur identifikat abbażi ta’ azzjonijiet superviżorji u sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi applikati mill-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 44 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata analiżi kkonsolidata tal-istatistika tagħhom fuq bażi annwali.
Artikolu 44 4.
L-Istati Membri għandhom jibagħtu annwalment l-istatistika msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali li jiġbor fil-qosor u jispjega l-istatistika msemmija fil-paragrafu 2, li għandu jsir disponibbli fis-sit web tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.