|
+Artikolu 44 2. |
Artikolu 44 2.L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
(a)
data li tkejjel id-daqs u l-importanza tas-setturi differenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi n-numru ta’ persuni fiżiċi u entitajiet u l-importanza ekonomika ta’ kull settur;
(b)
data li tkejjel il-fażijiet ta’ rappurtar, ta’ investigazzjoni u dawk ġudizzjarji tar-reġim nazzjonali tal-AML/CFT, inklużi n-numru ta’ rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li saru lill-UIF, il-mod kif ġew segwiti dawk ir-rapporti u, fuq bażi annwali, in-numru ta’ każijiet investigati, in-numru ta’ persuni mixlija, in-numru ta’ persuni kkundannati għal reati ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, it-tipi ta’ reati predikati, fejn tali informazzjoni tkun disponibbli, u l-valur f’euro ta’ proprjetà li tkun ġiet iffriżata, sekwestrata jew ikkonfiskata;
(c)
jekk disponibbli, data li tidentifika n-numru u l-perċentwal ta’ rapporti li jirriżultaw f’investigazzjoni ulterjuri, flimkien mar-rapport annwali lill-entitajiet marbutin b’obbligu li jagħti fid-dettall l-utilità u s-segwitu tar-rapporti dwar ir-rapporti li jkunu ppreżentaw;
(d)
data rigward in-numru ta’ talbiet transfruntiera għal informazzjoni li jkunu saru, ġew riċevuti, irrifjutati u parzjalment jew kompletament, imwieġba mill-UIF, imqassma skont il-pajjiż kontroparti;
(e)
ir-riżorsi umani allokati lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal superviżjoni AML/CFT kif ukoll ir-riżorsi umani allokati lill-UIF biex twettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 32;
(f)
in-numru ta’ azzjonijiet superviżorji fuq il-post u mhux fuq il-post, l-għadd ta’ ksur identifikat abbażi ta’ azzjonijiet superviżorji u sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi applikati mill-awtoritajiet superviżorji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|