+Artikolu 57a
---+Artikolu 57a 1.
---+Artikolu 57a 2.
---+Artikolu 57a 3.
---+Artikolu 57a 4.
---+Artikolu 57a 5.

Artikolu 57a

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57a 1.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għal awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għal konformità ma’ din id-Direttiva, kif ukoll awdituri u esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

Mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali, informazzjoni kunfidenzjali li persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu jirċievu matul il-qadi ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva tista’ tiġi żvelata biss f’forma sommarja jew aggregata, b’mod li istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji individwali ma jistgħux jiġu identifikati.

Artikolu 57a 2.

Il-paragrafu 1 m’għandux ifixkel l-iskambju tal-informazzjoni bejn:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fi ħdan Stat Membru skont din id-Direttiva jew atti leġislattivi oħra li jkollhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fi ħdan Stati Membri differenti skont din id-Direttiva jew atti leġislattivi oħra li jkollhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) meta jaġixxi skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 25 ). L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.

Sal-10 ta’ Jannar 2019, l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji skont din id-Direttiva u l-BĊE, li jaġixxi skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ), għandhom jikkonkludu, bl-appoġġ tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, ftehim dwar il-modalitajiet prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni.

Artikolu 57a 3.

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jużaw din l-informazzjoni biss:

(a) 

fil-qadi ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva jew skont atti leġislattivi oħrajn fil-qasam tal-AML/CFT, tar-regolamentazzjoni prudenzjali u tas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, inkluż sanzjonar;

(b) 

f’appell kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, inklużi proċedimenti fil-qrati;

(c) 

fi proċedimenti fil-qrati mibdija skont dispożizzjonijiet speċjali previsti fid-dritt tal-Unjoni, adottati fil-qasam ta’ din id-Direttiva jew fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji.

Artikolu 57a 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jikkooperaw kemm jista’ jkun ma’ xulxin għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, indipendentement min-natura jew mill-istatus tagħhom. Tali kooperazzjoni tinkludi wkoll l-abbiltà li jsiru, fi ħdan is-setgħat tal-awtorità kompetenti mitluba, inkjesti f’isem awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, u l-iskambju sussegwenti tal-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ tali inkjesti.
Artikolu 57a 5.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom responsabbli mis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji biex jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għal kollaborazzjoni u skambji ta’ informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi li jikkostitwixxu kontropartijiet ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Dawk il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu konklużi fuq il-bażi ta’ reċiproċità u biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanzija ta’ rekwiżiti ta’ segretezza professjonali li tkun tal-anqas ekwivalenti għal dik imsemmija fil-paragrafu 1. Informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dawk il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandha tintuża għall-iskop li jitwettaq il-kompitu superviżorju ta’ dawk l-awtoritajiet.

Meta l-informazzjoni skambjata toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandha tiġi żvelata biss bil-kunsens espress tal-awtorità kompetenti li tkun iddeċidiet li taqsamha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità tkun tat il-kunsens tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.