|
+Artikolu 57a 2. |
Artikolu 57a 2.Il-paragrafu 1 m’għandux ifixkel l-iskambju tal-informazzjoni bejn:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fi ħdan Stat Membru skont din id-Direttiva jew atti leġislattivi oħra li jkollhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fi ħdan Stati Membri differenti skont din id-Direttiva jew atti leġislattivi oħra li jkollhom x’jaqsmu mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) meta jaġixxi skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 25 ). L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1. Sal-10 ta’ Jannar 2019, l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji skont din id-Direttiva u l-BĊE, li jaġixxi skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ), għandhom jikkonkludu, bl-appoġġ tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, ftehim dwar il-modalitajiet prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|