|
+ANNESS II |
ANNESS II
ANNESS II Il-lista li ġejja hi lista mhux eżawrjenti ta' fatturi u tipi ta' evidenza ta' riskju potenzjalment aktar baxx li jissemmew fl-Artikolu 16:
(1)
Fatturi ta' riskju tal-klijenti:
(a)
kumpanniji pubbliċi kkwotati fil-Borża u soġġetti għal rekwiżiti ta' divulgazzjoni (jew mir-regoli tal-Borża jew permezz ta' liġi jew mezzi eżekuttivi), li jimponu rekwiżiti biex tiġi żgurata trasparenza adegwata tas-sjieda benefiċjarja;
(b)
amministrazzjonijiet jew impriżi pubbliċi;
(c)
klijenti li huma residenti f'żoni ġeografiċi ta' riskju aktar baxx kif indikat fil-punt (3);
(2)
Fatturi ta' riskju tal-prodotti, is-servizzi, it-transazzjonijiet jew il-kanali tad-distribuzzjoni;
(a)
poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalihom il-primjum ikun baxx;
(b)
poloz tal-assigurazzjoni għal skemi tal-pensjonijiet jekk ma jkun hemm l-ebda għażla ta' rtirar bikri u l-polza ma tistax tintuża bħala kollateral;
(c)
skema ta' pensjoni, investiment għall-pensjoni jew skema simili li tipprovdi benefiċċji tal-irtirar għall-impjegati, fejn il-kontribuzzjonijiet isiru permezz ta' tnaqqis minn salarji, u r-regoli tal-iskema ma jippermettux iċ-ċessjoni tal-interess ta' membru fl-iskema;
(d)
prodotti jew servizzi finanzjarji li jipprovdu servizzi definiti u limitati kif xieraq għal ċerti tipi ta' klijenti, sabiex jiżdied l-aċċess għall-fini ta' inklużjoni finanzjarja;
(e)
prodotti fejn ir-riskju ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu jiġi kkontrollat minn fatturi oħrajn bħal-limiti fuq l-infiq jew it-trasparenza tas-sjieda (eż. ċerti tipi ta' flus elettroniċi;
(3)
Fatturi ta’ riskju ġeografiċi - reġistrazzjoni, stabbiliment, residenza fi:
(a)
Stati Membri;
(b)
pajjiżi terzi li għandhom sistemi effettivi tal-AML/CFT;
(c)
pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli bħala li għandhom livell baxx ta' korruzzjoni jew attività kriminali oħra;
(d)
pajjiżi terzi li, abbażi ta' sorsi kredibbli bħall-evalwazzjonijiet reċiproċi, ir-rapporti ta' valutazzjoni dettaljati jew rapporti ta' segwitu ppubblikati għandhom ir-rekwiżiti biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet FATF u jimplimentaw b'mod effettiv dawk ir-rekwiżiti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|