+Artikolu 3 Valutazzjonijiet tar-riskju individwali
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3

Artikolu 3 Valutazzjonijiet tar-riskju individwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Meta l-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-applikazzjoni ta' politiki u proċeduri li huma neċessarji biex ikun identifikat u vvalutat b'mod xieraq ir-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat ma' relazzjoni ta' negozju jew ma' tranżazzjoni okkażjonali minħabba restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-klijenti u s-sjieda benefiċjarja jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta' tali informazzjoni għal skopijiet ta' diliġenza dovuta tal-klijent, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom minn tal-inqas:

(a)

jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien bla bżonn u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju wara l-identifikazzjoni tal-pajjiż terz, b'dan li ġej:

(i)

isem il-pajjiż terz ikkonċernat;

(ii)

kif l-implimentazzjoni tal-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-politiki u tal-proċeduri li huma neċessarji biex jiġi identifikat u vvalutat ir-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat ma' klijent;

(b)

jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jiddeterminaw jekk jistax jintuża l-kunsens tal-klijenti tagħhom, u meta applikabbli, tas-sidien benefiċjarji tal-klijenti tagħhom, sabiex jingħelbu b'mod legali r-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(ii);

(c)

jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jirrikjedu lill-klijenti tagħhom u, meta applikabbli, lis-sidien benefiċjarji tal-klijenti tagħhom, jagħtu l-kunsens biex jegħlbu r-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(ii) sal-punt li dan ikun kompatibbli mal-liġi tal-pajjiż terz.

Artikolu 3 2

2.   Meta l-kunsens imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma jkunx fattibbli, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu miżuri addizzjonali kif ukoll il-miżuri standard tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u li jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu, biex iwettqu ġestjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Dawn il-miżuri addizzjonali għandhom jinkludu l-miżura addizzjonali stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 8 u miżura waħda jew aktar fost il-miżuri stabbiliti fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) ta' dak l-Artikolu.

Meta istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja ma tkunx tista' effettivament twettaq ġestjoni tar-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu billi tapplika l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, din għandha:

(a)

taċċerta li l-fergħa jew is-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma ġġib fi tmiemha r-relazzjoni ta' negozju;

(b)

taċċerta li l-fergħa jew is-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma ma twettaqx it-tranżazzjoni okkażjonali;

(c)

tagħlaq uħud mill-operazzjonijiet jew l-operazzjonijiet kollha provduti mill-fergħa u mis-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma tagħha stabbiliti fil-pajjiż terz.

Artikolu 3 3

3.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddeterminaw l-iskala tal-miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 fuq bażi ta' sensittività għar-riskju u jkunu kapaċi juru bil-provi lill-awtorità kompetenti tagħhom li l-iskala tal-miżuri addizzjonali hija adattata fid-dawl tar-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0758
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.