2. Meta l-kunsens imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma jkunx fattibbli, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu miżuri addizzjonali kif ukoll il-miżuri standard tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u li jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu, biex iwettqu ġestjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.
Dawn il-miżuri addizzjonali għandhom jinkludu l-miżura addizzjonali stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 8 u miżura waħda jew aktar fost il-miżuri stabbiliti fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) ta' dak l-Artikolu.
Meta istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja ma tkunx tista' effettivament twettaq ġestjoni tar-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu billi tapplika l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, din għandha:
|
(a)
|
taċċerta li l-fergħa jew is-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma ġġib fi tmiemha r-relazzjoni ta' negozju;
|
|
(b)
|
taċċerta li l-fergħa jew is-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma ma twettaqx it-tranżazzjoni okkażjonali;
|
|
(c)
|
tagħlaq uħud mill-operazzjonijiet jew l-operazzjonijiet kollha provduti mill-fergħa u mis-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma tagħha stabbiliti fil-pajjiż terz.
|