+Artikolu 6 Trasferiment tad-data tal-klijenti lill-Istati Membri
---+Artikolu 6 (a)
---+Artikolu 6 (b)
---+Artikolu 6 (c)
---+Artikolu 6 (d)
---+Artikolu 6 (e)

Artikolu 6 Trasferiment tad-data tal-klijenti lill-Istati Membri

Meta l-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi t-trasferiment tad-data relatata mal-klijenti ta' fergħa u sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbiliti f'pajjiż terz lil Stat Membru għall-iskop tas-superviżjoni għall-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom minn tal-inqas:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 (a)

jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien bla bżonn u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju wara l-identifikazzjoni tal-pajjiż terz, b'dan li ġej:

(i)

isem il-pajjiż terz ikkonċernat;

(ii)

kif l-implimentazzjoni tal-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi t-trasferiment tad-data relatata mal-klijenti għall-iskop tas-superviżjoni għall-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

Artikolu 6 (b)

iwettqu analiżijiet imtejba, inkluż, meta dan ikun proporzjonat mar-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mal-operazzjoni tal-fergħa jew tas-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbilita fil-pajjiż terz, verifiki fuq il-post jew awditi indipendenti, biex ikunu ssodisfati li l-fergħa jew is-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma effettivament timplimenta l-politiki u l-proċeduri fost il-gruppi kollha u li din b'mod xieraq tidentifika u tivvaluta r-riskji marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu u twettaq ġestjoni tagħhom.

Artikolu 6 (c)

jipprovdu l-konklużjonijiet tal-analiżijiet imsemmija fil-punt (b) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk jintalbu jagħmlu dan;

Artikolu 6 (d)

jirrikjedu lill-fergħa jew lis-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbilita fil-pajjiż terz biex regolarment tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni ta' kreditu jew tal-istituzzjoni finanzjarja, inkluż minn tal-inqas dan li ġej:

(i)

l-għadd ta' klijenti b'riskju għoli u data statistika aggregata li tipprovdi ħarsa ġenerali tar-raġunijiet għaliex il-klijenti jkunu ġew ikklassifikati bħala b'riskju għoli, bħall-istatus ta' persuna politikament esposta;

(ii)

l-għadd ta' tranżazzjonijiet suspettużi identifikati u rrapportati u data statistika aggregata li tipprovdi ħarsa ġenerali taċ-ċirkostanza li jkunu wasslu għas-suspett;

Artikolu 6 (e)

jqiegħdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk jintalbu jagħmlu dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0758
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.