+Artikolu 7 Żamma tar-rekords
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3

Artikolu 7 Żamma tar-rekords

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Meta l-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-miżuri taż-żamma tar-rekords ekwivalenti għal dawk speċifikati fil-Kapitolu V tad-Direttiva (UE) 2015/849, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom minn tal-anqas:

(a)

jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien bla bżonn u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 28 jum wara l-identifikazzjoni tal-pajjiż terz, b'dan li ġej:

(i)

isem il-pajjiż terz ikkonċernat;

(ii)

kif l-implimentazzjoni tal-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-miżuri taż-żamma tar-rekords ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/849;

(b)

jistabbilixxu jekk il-kunsens mill-klijenti u, meta applikabbli, is-sid benefiċjarju tagħhom, jistax jintuża biex jingħelbu b'mod legali r-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(ii);

(c)

jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jirrikjedu lill-klijenti u, meta applikabbli, lis-sidien benefiċjarji tal-klijenti tagħhom, jipprovdu l-kunsens biex jegħlbu r-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(ii) sal-punt li dan ikun kompatibbli mal-liġi tal-pajjiż terz.

Artikolu 7 2

2.   F'każijiet li fihom il-kunsens imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma jkunx fattibbli, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu miżuri addizzjonali kif ukoll il-miżuri standard tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u li jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 biex iwettqu ġestjoni tar-riskju. Dawn il-miżuri addizzjonali għandhom jinkludu miżura addizzjonali waħda jew aktar minn fost dawk stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) u (j) tal-Artikolu 8.

Artikolu 7 3

3.   L-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu għandhom jiddeterminaw l-iskala tal-miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi ta' sensittività għar-riskju u jkunu kapaċi juru bil-provi lill-awtorità kompetenti tagħhom li l-iskala tal-miżuri addizzjonali hija adattata fid-dawl tar-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0758
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.