+Artikolu 21a 3.

Artikolu 21a 3.

Tista' tingħata approvazzjoni lil kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu biss fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-arranġamenti interni u d-distribuzzjoni ta' kompiti fil-grupp ikunu adegwati għall-finijiet ta' konformità mar-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata u, b'mod partikolari, ikunu effettivi:

(i) 

fil-koordinazzjoni tas-sussidjarji kollha tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta inkluż, fejn meħtieġ, permezz ta' distribuzzjoni adegwata tal-kompiti fost l-istituzzjonijiet sussidjarji;

(ii) 

fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti fil-grupp; u

(iii) 

fl-infurzar tal-politiki tal-grupp kollu stabbiliti mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fil-grupp kollu;

(b) 

l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li minnu tagħmel parti kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tostakolax jew tipprevjeni b'mod ieħor is-superviżjoni effettiva ta' istituzzjonijiet sussidjarji jew ta' istituzzjonijiet prinċipali rigward l-obbligi individwali, konsolidati u, fejn adatt, subkonsolidati li għalihom ikunu soġġetti. Il-valutazzjoni ta' dak il-kriterju għandha tieħu kont, b'mod partikolari:

(i) 

tal-pożizzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi grupp b'ħafna saff;

(ii) 

l-istruttura azzjonarja; u

(iii) 

ir-rwol tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi ħdan il-grupp;

▼M11

(c) 

il-kriterji rigward l-azzjonisti u l-membri tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Artikolu 14 u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 121 jiġu ssodisfati.

▼M5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.