+Artikolu 21a 4.

Artikolu 21a 4.

►M11  Il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tista’ titlob eżenzjoni mill-approvazzjoni skont dan l-Artikolu, li għandha tingħata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄

(a) 

l-attività prinċipali tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji jew, fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, l-attività prinċipali tagħha rigward l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji;

(b) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx nominata bħala entità ta' riżoluzzjoni f'xi wieħed mill-gruppi ta' riżoluzzjoni tal-grupp f'konformità mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni determinata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti skont id-Direttiva 2014/59/UE;

▼M11

(c) 

istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja sussidjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat approvazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu hija nominata bħala responsabbli biex tiżgura l-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata u tingħata l-mezzi u l-awtorità legali kollha meħtieġa biex twettaq dawk l-obbligi b’mod effettiv;

▼M5

(d) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx involuta fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw lill-grupp jew lis-sussidjarji tagħha li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji;

(e) 

ma jkunx hemm xi impediment għas-superviżjoni effikaċi tal-grupp fuq bażi konsolidata.

Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta eżentati mill-approvazzjoni skont dan il-paragrafu m'għandhomx ikunu esklużi mill-perimetru tal-konsolidazzjoni kif stabbilit f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.