|
+Artikolu 21a 4a. |
Artikolu 21a 4a.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, is-superviżur konsolidanti jista’ jippermetti, fuq bażi ta’ każ b’każ, lill-kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma eżentati mill-approvazzjoni li jiġu esklużi mill-perimetru tal-konsolidazzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-esklużjoni ma taffettwax l-effettività tas-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja jew tal-grupp;
(b)
il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta ma jkollha l-ebda skopertura ta’ ekwità għajr l-iskopertura ta’ ekwità fl-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja jew fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali intermedja jew fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta li tikkontrolla l-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja;
(c)
il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tagħmilx rikors sostanzjali għall-ingranaġġ u ma jkollhiex skoperturi li mhumiex relatati mas-sjieda tagħha fl-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja jew fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali intermedja jew fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta li tikkontrolla l-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|