+Artikolu 23 Kriterji ta’ valutazzjoni
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
|
Artikolu 23 Kriterji ta’ valutazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 22(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist, u filwaqt li titqies l-influwenza eventwali eżerċitata mill-akkwirent propost fuq dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, jivvalutaw l-ideoneità tal-akkwirent propost u s-sodizza finanzjarja tal-akkwist propost skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;
▼M5
(b)
ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza, kif stabbiliti fl-Artikolu 91(1), ta' kwalunkwe membru tal-korp ta' ġestjoni li ser imexxi n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;
▼B
(c)
is-sodizza finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ negozju li jsir u li jkun previst fl-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist;
(d)
jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkunx tista' tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fejn applikabbli, liġi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari, id-Direttivi 2002/87/KE u 2009/110/KE, inkluż, jekk il-grupp li tkun ser issir parti minnu jkollux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta' superviżjoni effikaċi, l-iskambju effikaċi ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u d-determinazzjoni tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;
▼M11
(e)
jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, b’rabta mal-akkwist propost, twettaqx jew sarx tentattiv sabiex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), jew jekk l-akkwist propost jistax iżid ir-riskju ta’ dan.
Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw, fil-kuntest tal-verifiki tagħhom, lill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joġġezzjonaw għall-akkwist propost meta l-akkwirent propost ikun jinsab f’pajjiż terz elenkat bħala pajjiż terz b’riskju għoli li għandu defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tiegħu dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew f’pajjiż terz li jkun soġġett għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni u jiġi vvalutat mill-awtorità kompetenti li dan jaffettwa l-kapaċità tal-akkwirent propost li jkollu fis-seħħ il-prattiki u l-proċessi meħtieġa biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-reġim dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompluta. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu u fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu, opinjoni negattiva mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien 30 jum tax-xogħol mit-talba inizjali, għandha titqies kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti meta tivvaluta l-akkwist propost u tista’ tikkostitwixxi raġuni valida għal oppożizzjoni.
|
|
Artikolu 23 3.
|
L-Istati Membri m'għandhom jimponu l-ebda kondizzjoni minn qabel fir-rigward tal-livell tal-parteċipazzjoni azzjonarja li għandha tiġi akkwistata u lanqas m'għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jeżaminaw l-akkwist propost f'termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
|
|
Artikolu 23 4.
|
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista li tispeċifika l-informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex issir il-valutazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fil-mument tan-notifika msemmija fl-Artikolu 22(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwist propost. L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu informazzjoni li ma tkunx rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Minkejja l-Artikolu 22(2), (3) u (4), żewġ proposti jew aktar ta’ akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti jew biex dawn jiżdiedu fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu jkunu ġew innotifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha titratta lill-akkwirenti proposti b'mod nondiskriminatorju.
|
|
Artikolu 23 6.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-lista ta’ informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta mill-akkwirent propost lill-awtorità kompetenti fi żmien in-notifika msemmija fl-Artikolu 22(1). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ABE għandha tqis it-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
). L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|