|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 22(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist, u filwaqt li titqies l-influwenza eventwali eżerċitata mill-akkwirent propost fuq dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, jivvalutaw l-ideoneità tal-akkwirent propost u s-sodizza finanzjarja tal-akkwist propost skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;
(b)
ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza, kif stabbiliti fl-Artikolu 91(1), ta' kwalunkwe membru tal-korp ta' ġestjoni li ser imexxi n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;
(c)
is-sodizza finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ negozju li jsir u li jkun previst fl-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist;
(d)
jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkunx tista' tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fejn applikabbli, liġi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari, id-Direttivi 2002/87/KE u 2009/110/KE, inkluż, jekk il-grupp li tkun ser issir parti minnu jkollux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta' superviżjoni effikaċi, l-iskambju effikaċi ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u d-determinazzjoni tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;
(e)
jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, b’rabta mal-akkwist propost, twettaqx jew sarx tentattiv sabiex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), jew jekk l-akkwist propost jistax iżid ir-riskju ta’ dan. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw, fil-kuntest tal-verifiki tagħhom, lill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joġġezzjonaw għall-akkwist propost meta l-akkwirent propost ikun jinsab f’pajjiż terz elenkat bħala pajjiż terz b’riskju għoli li għandu defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tiegħu dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew f’pajjiż terz li jkun soġġett għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni u jiġi vvalutat mill-awtorità kompetenti li dan jaffettwa l-kapaċità tal-akkwirent propost li jkollu fis-seħħ il-prattiki u l-proċessi meħtieġa biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-reġim dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|