+Artikolu 27a Notifika u valutazzjoni tal-akkwist
---+Artikolu 27a 1.
---+Artikolu 27a 2.
---+Artikolu 27a 3.
---+Artikolu 27a 4.
---+Artikolu 27a 5.
---+Artikolu 27a 6.
---+Artikolu 27a 7.
---+Artikolu 27a 8.
---+Artikolu 27a 9.
---+Artikolu 27a 10.
---+Artikolu 27a 11.
---+Artikolu 27a 12.
---+Artikolu 27a 13.
---+Artikolu 27a 14.
---+Artikolu 27a 15.

Artikolu 27a Notifika u valutazzjoni tal-akkwist

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27a 1.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-istituzzjonijiet, u kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) (l-“akkwirent propost”) jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-miktub minn qabel meta jkunu biħsiebhom jakkwistaw, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni materjali (l-“akkwist propost”). In-notifika għandha tindika d-daqs tal-akkwist propost u l-informazzjoni rilevanti, kif speċifikat fl-Artikolu 27b(5).
Artikolu 27a 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, parteċipazzjoni għandha titqies materjali meta tkun ugwali jew aktar minn 15 % tal-kapital eliġibbli tal-akkwirent propost.
Artikolu 27a 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta l-akkwirent propost ikun istituzzjoni, il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp. Meta l-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 jinqabeż biss fuq bażi individwali, l-akkwirent propost għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit. Dik l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-akkwist propost. Meta dak il-livell limitu jinqabeż fuq bażi individwali u fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp, l-akkwirent propost għandu wkoll jinnotifika lis-superviżur konsolidanti. Dak is-superviżur konsolidanti għandu jivvaluta l-akkwist propost.
Artikolu 27a 4.
Meta l-akkwirent propost ikun kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1), il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata, u s-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 27a 5.
L-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi, bil-miktub, il-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew ta’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-paragrafu 9 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi n-notifika jew l-informazzjoni addizzjonali.
Artikolu 27a 6.
L-awtorità kompetenti għandu jkollha 60 jum ta’ xogħol mid-data tar-rikonoxximent bil-miktub tal-wasla tan-notifika u mill-wasla tad-dokumenti kollha, inkluż dawk meħtieġa mill-Istat Membru li jiġu mehmużin man-notifika f’konformità mal-Artikolu 27b(5) (il-“perjodu ta’ valutazzjoni”), biex twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1).

Meta l-akkwist propost jikkonċerna parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 22(1), l-akkwirent propost għandu jkun soġġett ukoll għar-rekwiżit ta’ notifika u għall-valutazzjoni skont dak l-Artikolu. F’dak il-każ, iż-żmien għall-awtorità kompetenti biex twettaq kemm il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1) u dik imsemmija fl-Artikolu 22(2) għandu jiskadi biss meta jiskadi t-tieni perjodu ta’ valutazzjoni rilevanti.

Artikolu 27a 7.
Meta l-akkwist propost ta’ parteċipazzjoni materjali jitwettaq bejn entitajiet tal-istess grupp kif imsemmi fl-Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew bejn entitajiet fl-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tkun meħtieġa twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27(b)1 ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 27a 8.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni meta tikkonferma r-riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 5.
Artikolu 27a 9.
L-awtorità kompetenti tista’, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, fejn meħtieġ, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn nhar il-50 jum ta’ xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni, titlob informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1). Talba bħal din għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.
Artikolu 27a 10.
Il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż bejn id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti u d-data tal-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, li fiha tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba kollha. Dik is-sospensjoni ma għandhiex teċċedi l-20 jum ta’ xogħol. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtorità kompetenti għall-ikkompletar jew għall-kjarifika tal-informazzjoni pprovduta għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni.
Artikolu 27a 11.

L-awtorità kompetenti tista’ testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 10 sa massimu ta’ 30 jum ta’ xogħol fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-entità li tkun qed tiġi akkwistata tkun tinsab f’pajjiż terz jew tkun soġġetta għall-qafas regolatorju tiegħu;

(b) 

meta jkun meħtieġ skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-akkwirent propost f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 biex titwettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 27a 12.
Meta l-approvazzjoni ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) isseħħ fl-istess ħin tal-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1), l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 21a(1) għandha tikkoordina, kif adatt, mas-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. F’dan il-każ, il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż sakemm titlesta l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21a.
Artikolu 27a 13.
Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li topponi l-akkwist propost, hija għandha, fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li titlesta l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1), u qabel tmiem il-perjodu ta’ valutazzjoni, tinforma lill-akkwirent propost bil-miktub, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet għall-oppożizzjoni tagħha.
Artikolu 27a 14.
Meta l-awtorità kompetenti ma topponix l-akkwist propost fil-perjodu ta’ validazzjoni u bil-miktub, dan għandu jitqies approvat.
Artikolu 27a 15.
L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi perjodu massimu għall-ikkompletar tal-akkwist propost u testendih, fejn ikun xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.