|
+Artikolu 27b 7. |
Artikolu 27b 7.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-lista ta’ informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta mill-akkwirent propost lill-awtorità kompetenti fi żmien in-notifika msemmija fl-Artikolu 27a(1), l-Artikolu 27f(1) u l-Artikolu 27i(1);
(b)
metodoloġija komuni ta’ valutazzjoni tal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 27j;
(c)
il-proċess applikabbli għan-notifika u għall-valutazzjoni prudenzjali meħtieġa skont l-Artikoli 27a u 27i. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ABE għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2017/1132. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|