+Artikolu 27b Kriterji ta’ valutazzjoni
---+Artikolu 27b 1.
---+Artikolu 27b 2.
---+Artikolu 27b 3.
---+Artikolu 27b 4.
---+Artikolu 27b 5.
---+Artikolu 27b 6.
---+Artikolu 27b 7.

Artikolu 27b Kriterji ta’ valutazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27b 1.

Fil-valutazzjoni tan-notifika tal-akkwist propost prevista fl-Artikolu 27a(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27a(9), l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-prospettiva għal ġestjoni soda u prudenti mill-akkwirent propost u, b’mod partikolari, ir-riskji li għalihom huwa jew jista’ jkun espost l-akkwirent propost, f’konformità mal-kriterji li ġejjin:

(a) 

jekk l-akkwirent propost ikunx jista’ jikkonforma u jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fejn applikabbli, atti legali oħra tal-Unjoni;

(b) 

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, b’rabta mal-akkwist propost, twettaqx jew sarx tentattiv sabiex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew jekk l-akkwist propost jistax iżid ir-riskju ta’ dan.

Artikolu 27b 2.
Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, fil-kuntest tal-verifiki tagħha, lill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-akkwirent propost f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.
Artikolu 27b 3.
L-awtorità kompetenti tista’ topponi l-akkwist propost biss jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompluta minkejja talba magħmula f’konformità mal-Artikolu 27a(9).

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu u fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, opinjoni negattiva mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-akkwirent propost f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien 30 jum tax-xogħol mit-talba inizjali, għandha titqies kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw l-akkwist propost u tista’ tikkostitwixxi raġuni valida għal oppożizzjoni.

Artikolu 27b 4.
L-Istati Membri la għandhom jimponu xi kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ akkwist propost u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtorità kompetenti teżamina l-akkwist propost f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
Artikolu 27b 5.
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista tal-informazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq il-valutazzjoni. L-akkwirent propost għandu jipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti fi żmien in-notifika msemmija fl-Artikolu 27a(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u xierqa għan-natura tal-akkwist propost. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni li mhijiex rilevanti għall-valutazzjoni prudenzjali skont dan l-Artikolu.
Artikolu 27b 6.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27a(5) sa (11), meta jkunu ġew innotifikati żewġ proposti jew aktar għall-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet materjali fl-istess entità, l-awtorità kompetenti għandha titratta lill-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.
Artikolu 27b 7.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-lista ta’ informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta mill-akkwirent propost lill-awtorità kompetenti fi żmien in-notifika msemmija fl-Artikolu 27a(1), l-Artikolu 27f(1) u l-Artikolu 27i(1);

(b) 

metodoloġija komuni ta’ valutazzjoni tal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 27j;

(c) 

il-proċess applikabbli għan-notifika u għall-valutazzjoni prudenzjali meħtieġa skont l-Artikoli 27a u 27i.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ABE għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2017/1132.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.